-
Wara ċ-ċirkulari tal-Arċidjoċesi ta’ Malta tal-4 ta’ Mejju li għadda, li fakkret f’direttiva li kienet ilha li ħarġet is-snin biex ma jsirx ħruq tan-nar fuq proprjetà tal-Knisja, l-awtoritajiet tal-Knisja ddiskutew is-sitwazzjoni preżenti mal-kappillani u ma’ diversi esperti, u ltaqgħu wkoll ma’ rappreżenanti tal-għaqdiet tan-nar li xtaqu jressqu l-fehmiet tagħhom. Wara numru ta’ laqgħat, ġiet ikkonfermata d-deċiżjoni oriġinali li ma jsirx ħruq tan-nar minn proprjetà tal-Knisja.
L-Arċidjoċesi tixtieq tirringrazzja lil numru ta’ parroċċi u għaqdiet tan-nar li aċċettaw din il-policy u sabu postijiet alternattivi biex jinħaraq il-logħob tan-nar.