Media

Uffiċċju Komunikazzjoni

L-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta huwa responsabbli li jiffaċilita komunikazzjoni effettiva bejn l-Arċidjoċesi, il-Kattoliċi f’Malta u s-soċjetà.

Ir-rwol ewlieni ta’ dan l-Uffiċċju hu li jara li l-komunikazzjoni bejn l-Arċidjoċesi u l-komunità tkompli tinbena fl-aħjar interess tas-soċjetà kollha.

Fost ix-xogħlijiet tiegħu, l-Uffiċċju Komunikazzjoni jieħu ħsieb it-tixrid tal-kelma tal-Isqfijiet ta’ Malta, jiċċara l-pożizzjoni tal-Knisja dwar suġġetti partikolari, iħejji u jibgħat stqarrijiet, jorganizza attivitajiet għall-istampa, kif ukoll iwassal informazzjoni rilevanti dwar l-avvenimenti tal-Arċidjoċesi.

L-Uffiċċju jieħu ħsieb ukoll ir-relazzjonijiet ma’ diversi mezzi tax-xandir u jipprovdi tweġibiet għal mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar suġġetti varji relatati mal-Knisja.

Barra minn hekk, l-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni jikkollabora ma’ diversi media houses sabiex jixħet aktar dawl fuq il-ħidma prezzjuża u l-kontribut tal-Knisja Kattolika f’Malta fis-soċjetà.

L-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Arċidjoċesi ta’ Malta twaqqaf fl-2009 fuq proposta tas-Sinodu Djoċesan (Kultura, Soċjetà, Knisja) bid-dokument ‘Il-Wiċċ Diġitali tal-Mulej’.

Email: media@knisja.mt

Manager tal-Uffiċċju Komunikazzjoni

Catherine Sciberras
Tel: 25906302
Email: [email protected]

Uffiċjali tal-Komunikazzjoni

Franica Pulis
Email: [email protected]

Sr Alexandra Chircop
Email: [email protected]

Tel: 25906613

Fotografu Uffiċjali

Ian Noel Pace
Tel: 25906758
Email: [email protected]

Segretarja

Rachael Pia Coppini
Tel: 25906307
Email: [email protected]