•  

  • L-Erbgħa,18 ta’ Lulju 20l-Arċisqof Charles J. Scicluna bierek qanpiena ġdida li ser tieħu post l-eqdem qanpiena li kien hemm sa issa fil-Katidral tal-Imdina u li nħadmet fl-1499.

    Il-qanpiena l-ġdida nħadmet mill-Fonderija Paccard f’Annecy, fin-nofsinhar ta’ Franza, biex tixbah liż-żewġ qniepen li hemm fil-kampnari, u li nħadmu minn Prospero Barigozzi fl-1958 f’Milan. Il-qanpiena l-ġdida tiżen 170kilogramma u hija intonata li ddoqq in-nota D biex tieħu post il-ħoss tal-qanpiena l-qadima.
    Il-qanpiena hija ddedikata lill-Verġni Marija u lil San Pawl, il-qaddis titular tal-Katidral tal-Imdina. Fuq il-qanpiena hemm skrizzjoni bil-Latin, miktuba minn Mons. Ġwann Azzopardi, li tgħid: HÆC A. MMXVI, SOC. PACCARD IN GALLIA, CONFLATA ILLAM A. MCDXCIX, A MAGISTRU ANTONIO DE TORTORITO SUBSTITUIT. Bil-Malti tfisser: Dik li nħadmet fl-1499 mill-fundatur Antoninus ta’ Tortorito fis-sena 1499 qed tiġi sostitwita minn din li nħadmet milll-Funderija Paccard fi Franza fis-sena 2016.
    Il-qanpiena ta’ 500 sena ser tkun għall-wiri fil-Mużew tal-Katidral tal-Imdina.

    5

  • Ritratti: Kurja – knisja.mt/ritratti