-
-
Il-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi qed tniedi skema ta’ għaxar boroż ta’ studju biex tinkuraġġixxi persuni jidħlu għal studji postgraduate f’oqsma pastorali fil-Fakultà tat-Teoloġija tal-Università ta’ Malta.
Il-Fondazzjoni, imwaqqfa mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca fl-1988, fost l-għanijiet tagħha għandha li tippromwovi l-istudju tat-Teoloġija f’Malta.
Fid-dawl ta’ żviluppi riċenti fil-Knisja lokali u b’rabta mal-viżjoni pastorali tal-Papa Franġisku, il-Fondazzjoni għall-Istudji Teoloġiċi tittama li jitħarrġu akkademikament aktar ministri pastorali li jistgħu jagħtu sehem aħjar f’oqsma differenti tal-Knisja.
Agħfas hawn għal aktar dettalji dwar l-iskema ta’ boroż ta’ studju.