-
-
Fi tmiem din il-ġimgħa, kif mistenni, il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku ser jilqa’ f’Casa Santa Marta grupp ta’ saċerdoti miċ-Ċilì.
Sabiex jitkompla l-proċess ta’ riparazzjoni u fejqan tal-vittmi ta’ abbuż, fil-jiem li ġejjin, fuq talba tal-Papa Franġisku, l-Arċisqof Charles J. Scicluna u Mons. Jordi Bertomeu ser jerġgħu jmorru ċ-Ċilì, din id-darba f’missjoni fid-Djoċesi ta’ Osorno.
Sadanittant, il-Papa ser jibgħat ittra miktuba minnu lill-President tal-Konferenza Episkopali taċ-Ċilì, indirizzata lill-Poplu kollu ta’ Alla, hekk kif kien wiegħed lill-Isqfijiet.