L-Isqfijiet Maltin, Mons. Charles J. Scicluna u Mons. Mario Grech ħadu sehem fil-funeral tal-Kardinal Prospero Grech, nhar il-Ħamis 2 . L-Arċisqof Scicluna wasal ħdejn it-tebut fejn kien għadu kif wasal fi Pjazza Santa Marta fil-Vatikan, bierku u akkumpanjah fil-purċissjoni mmexxija mid-Dekan tal-Kapitlu ta’ San Pietru flimkien mal-abbatini Maltin u l-kor tal-kappella Giulia.
Il-purċissjoni telqet mill-Pjazza Santa Marta, għaddiet mill-Bieb tat-Talb tal-Bażilika ta’ San Pietru, minn taħt il-monument ta’ Alessandru VII u waslet quddiem l-artal tal-Qalb ta’ Ġesù. Id-Dekan bierek it-tebut u l-purċissjoni kompliet miexja lejn l-artal tal-Katedra ta’ San Pietru. Id-Dekan talb għal ruħ il-Kardinal Grech.
Fost in-nies preżenti dak il-ħin kien hemm l-ġenituri tal-abbatini Maltin, li f’dawn il-ġranet tal-Festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena offrew is-servizz liturġiku tagħhom lill-Bażilika ta’ San Pietru kuljum.
Wara l-purċissjoni marret lura s-sagristija. Imbagħad saret il-Quddiesa li kienet immexxija mil-Kardinal John Battista Re. Fost il-konċelebranti kien hemm l-Isqfijiet Maltin, saċerdoti, reliġjużi u djoċesani u sorijiet Maltin ta’ kongregazzjonijiet differenti.
Mons. Frans Bonnici minn Ruma