-
-
Nirringrazzjaw lil Alla li Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna issa jinsab tajjeb, wara li kellu jidħol l‑isptar f’Santiago biex isirlu intervent waqt il‑missjoni fiċ‑Ċilì li l‑Papa Franġisku fdalu f’idejh.
Nuru s‑solidarjetà sħiħa tal‑Knisja f’Malta u Għawdex mal‑Arċisqof Scicluna. Inħeġġu lil kulħadd biex inkomplu nitolbu għalih ħalli jagħmel konvalexxenza tajba u jkompli jaqdi lil Kristu u lill‑Knisja b’dedikazzjoni sħiħa.
✠ Mario Grech ✠ Pawlu Cremona
Isqof ta’ Għawdex Arċisqof Emeritu ta’ Malta
Joe Galea Curmi
Vigarju Ġenerali
Arċidjoċesi ta’ Malta