Bħala parti mill-Ġublew li d-Dumnikani qed jiċċelebraw fit-800 sena mit-twelid ta’ San Duminku għall-ħajja eterna (1221-2021), ser jiġu offruti żewġ taħditiet fil-Kunvent tad-Dumnikani, ir-Rabat. Dawn se jsiru nhar is-Sibt 27 ta’ Novembru, mid-9:30am sal-11:30am.
L-ewwel konferenza se jkollha taħdita bil-Malti minn Patri Joseph Agius OP, Professur Emeritu tat-Teoloġija u l-Eseġeżi Biblika u Rettur Emeritu fil-Pontifiċja Università ta’ San Tumas, Ruma. Hu se jitħaddet dwar ‘Is-sens tat-test bibliku fit-tradizzjoni tal-komunità’. Wara tkompli Sor Tiziana Caputo OP, għalliema tat-Teoloġija Sistematika fl-istess Università u awtriċi ta’ La ricerca della verità. L’itinerario teologico-fondamentale in Edith Stein (2009); Il Ruolo della donna nella Chiesa. Il pensiero di Edith Stein (2015); Fede e Mistica. Il percorso speculative ed esistenziale di Edith Stein (2021). It-taħdita tagħha bit-Taljan se tkun dwar ‘Il contributo del genio feminile nella vita della chiesa’.
It-tieni konferenza se ssir nhar is-Sibt 11 ta’ Diċembru mid-9:30am sal-11:30am bl-ewwel kelliem ikun Patri Christopher Caruana OP, għalliem fl-Università ta’ Malta. It-taħdita tiegħu se tkun dwar ‘Polemic and Critique: Dante’s Thoughts about St Dominic in his Divina Comedia’. Warajh ikompli Patri Simon Gaine OP, għalliem tat-Teoloġija fl-Università ta’ Oxford u Professur fl-Università Pontifiċja ta’ San Tumas t’Akwinu, Ruma kif ukoll membru tal-Kummissjoni Teoloġika Internazzjonali. It-taħdita tiegħu se tkun ‘Theological debates on the beatific vision of Christ’. Hu kiteb diversi kotba prestiġġjużi fosthom Will There Be Free Will in Heaven? u Did the Saviour See the Father? Iż-żewġ taħditiet se jsiru bl-Ingliż.
Id-dħul hu b’xejn u se jiġu osservati r-regolamenti kollha tas-saħħa marbutin mal-COVID-19.