Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Santità,

Grazzi ħafna talli għażilt li żżurna. Grazzi li għoġbok tiċċelebra magħna din l-Ewkaristija solenni.  Grazzi tal-imħabba tiegħek għalina. 

Il-kelma li qsamt magħna tkun għalina ta’ kuraġġ fil-ħajja, ta’ dawl fit-triq, ta’ faraġ fit-tiġrib.

Fl-ewwel seklu wara l-Qawmien ta’ Ġesù mill-Imwiet, dawn il-gżejjer kellhom ix-xorti kbira li bil-grazzja t’Alla jilqgħu d-dawl tal-Evanġelju bil-preżenza fostna tal-Appostlu Missierna San Pawl. Publiju, il-protos tal-gżira, u l-Maltin, urew “ħlewwa liema bħalha” (At 28:2) mal-Appostlu Missierna u mal-mitejn u ħamsa u sebgħin persuna oħra li sfaw nawfragati fuq ix-xtut tagħna. 

Jalla ż-żjara tiegħek fostna u l-barka tiegħek fuqna jnisslu fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minnha dik il-ħeġġa ta’ mħabba u dik il-ħlewwa liema bħalha, li huma fost l-aqwa frott tal-Ispirtu Qaddis tal-Mulej.

Il-ħarsa ħelwa tal-Madonna Damaxxena tinfed il-qlub tagħna u tħares il-missjoni universali tiegħek. Ippermettilna nsellmulek bil-kliem meqjus ta’ San Ġorġ Preca, glorja tas-saċerdoti u l-katekisti tagħna: 

Salve Papa noster (Sliem għalik Missier tagħna)
Salve Petra Fidei (Sliem għalik Blata tal-Fidi)
Salve Coeli Janitor (Sliem għalik Bewwieb is-Sema)
Et Dominus sit tecum (Il-Mulej ikun dejjem miegħek).

Grazzi, Santità.

✠ Charles Jude Scicluna
    Arċisqof ta’ Malta


Il messaggio dell’Arcivescovo Charles Jude Scicluna

Santità,

Grazie di cuore per la decisione di farci visita. Grazie per questa celebrazione solenne dell’Eucaristia. Grazie per il Suo amore per noi. 

La parola che oggi Lei ci ha donato sia per noi motivo di incoraggiamento nella vita, luce nel cammino, consolazione nelle difficoltà.

Nel primo secolo dopo la Resurrezione di Gesù, questa nostra terra, per grazia di Dio, ha avuto la grande fortuna di accogliere la luce del Vangelo con la presenza dell’Apostolo Paolo, che Publio, il protos dell’isola e i Maltesi accolsero insieme alle duecentosettantacinque persone naufragate, “con rara umanità” (At 28:2).

Padre Santo, l’odierna Visita e la Sua Benedizione, suscitino anche nel nostro cuore quella fiamma di carità e quella “rara umanità” che sono frutto dello Spirito del Signore.

Lo sguardo pieno di tenerezza della Madonna Damascena penetri le nostre anime e accompagni la Sua missione universale.

Santo Padre, ci permetta di salutarLa con le parole profonde di San Giorgio Preca, gloria del nostro clero e dei nostri catechisti:

Salve Papa noster
Salve Petra Fidei
Salve Coeli Janitor
Et Dominus sit tecum.

Grazie ancora, Santità. 

✠ Charles Jude Scicluna
Arcivescovo di Malta


Tagħrif dwar ir-rigal tal-Arċisqof lill-Papa Franġisku

Il-pittura li l-Arċisqof Charles Jude Scicluna li, f’isem il-Knisja f’Malta, ta lill-Papa Franġisku hi pittura bl-isem ta’ ‘Misericordia et Misera’, dwar ir-rakkont tal-mara adultera. Dan ir-rakkont mill-Evanġelju ta’ San Ġwann qed jinqara llum, ir-raba’ Ħadd tar-Randan.

Il-pittura hi tal-artist John Martin Borg li ilu jistudja s-suġġett tal-mara adultera sa mill-1999. Fl-istudji tiegħu huwa dejjem pinġa lill-mara mneżżgħa mid-dinjità tagħha. Fi kliem l-artist, il-pittura tenfasizza li ħafna huma dawk li jippuntaw subgħajhom u jakkużaw, iżda hemm ukoll dawk li huma kapaċi jidentifikaw ix-xrara divina ta’ Alla fl-umanità.

John Martin Borg qal li “l-interpretazzjoni tal-liġi dak iż-żmien kienet bla ħniena. L-iskribi u l-Fariżej flimkien mal-folla kienu kważi waslu biex iħaġġru u joqtlu l-mara adultera u huma mpittra jħarsu fuqha bil-ġebel f’idejhom, lesti biex iwettqu l-liġi, li flok twettaq ġustizzja teqred il-ħajja. L-iskribi u l-Fariżej iqisu lilhom infushom moralment fit-tajjeb u ġustifikati f’imġibthom għax qed jimxu mal-liġi meta fir-realtà qed jużaw din l-istess liġi biex jaqbdu f’nasba lil Ġesù”.

Ġesù hu mpinġi fi lbies abjad għax hu pur fil-qalb u fl-ispirtu. Ma’ spalltu għandu mantar aħmar li jirrappreżenta n-natura divina tiegħu. Bi ħniena u wens, Ġesù jestendi riġlejh lejn il-mara adultera u joffrilha l-mantar aħmar tiegħu biex tgħatti ġisimha – att simboliku sempliċi li jagħti lura lill-mara d-dinjità tagħha. Bil-ġest tiegħu, Ġesù qed jistedinha tieħu sehem fin-natura divina tiegħu.

Aktar ritratti