• ***

    Direttur: Julian Jarrold

    Atturi: Sarah Gadon, Bel Powley, Emily Watson, Rupert Everett, Jack Reynor, Roger Allam, Ruth Sheen u Jack Laskey

    Ħin tal-Film: 97 min.

    Klassifika taċ-Ċensura: 12A

    Klassifika tal-Knisja: 12A

    Ftit li xejn hi magħrufa l-istorja li l-film:  A Royal Night Out,  jippresentalna għal fuq il-liżar taċ-ċinema. Ġrajja li fil-fatt seħħet tabilħaqq. Kien it-8 ta’ Mejju 1945 meta l-Ewropa rebbieħa fuq u issa ħielsa minn-Nażiżmu,  ċċcelebrat ir-rebħa storika f’Gwerra Dinjija  li damet sejra sitt snin, fost il-ħafna mwiet li seħħu w il-ħerba ta’ tant ibliet. Kien tabilħaqq mument storiku u bir-raġun li jiġi ċċelebrat kif kien xieraq. Fost il-briju u l-ferħ, waħda minn  dawn iċ-ċelebrazzjoni  ġrat ġewwa Londra u bir-raġun kollu meta f’nofs il-lejl eżatt,  ir-Re Gorġ VI kellu jħabbar  uffiċjalmet li l-gwerra ntemmet.  Kellhom raġun li l-Prinċipessi Rjali, Elizabeth u Margaret, fl-aħjar taż-żogħżigħa tagħhom, jitolbu lill-missierhom biex għal darba, jħallihom joħorġu  mill-Palazz  ta’ Buckingham biex jiċċelebraw man-nies komuni  dan il-jum storiku. Għall-ewwel kien hemm xi ftit ta’ reżistenza  l-aktar mill omm, ir-Reġina Elizabeth iżda r-Re għaraf li dan kien mument uniku fl-istorja u ċeda għal pressjoni l-aktar minn-naħa tal-Prinċipessa Margaret fuq kondizzjonijiet  li jkunu akkompanjati minn żewġ uffiċjali militari biex jagħmluha ta’ chaperones u li jerġgħu lura lejn  il-palazz fis-siegħa ta’ filgħodu. Il-film jtina stampa eċċitanti u immaġinarja  ta’ kif iż-żewġ  prinċipessi rjali  għaddew dak il-lejl. Waqt li Margaret u Elizabeth ma damux ma jitilfu ż-żewġ uffiċċjali li kellhom magħhom biex jieħdu ħsiebhom, sfortunatament jinfirdu qalb il-folla, b’riżultat li Margaret tqatta’ l-lejl tixrob u tiżfen waqt li Elizabeth, fit-tfittxija għall-oħta qalb il-folla, tiltaqa’ ma’  Jack, suldat żagħżugħ li kien għadu kemm ġie lura mill-battalja. X’jiġri f’dan l-inkontru ma’ dan iż-żagħżugħ? Kif tispiċċċa Margaret wara dak ix-xorb kollu li kienet xorbot?

    Film Ingliż li jtina storja ħelwa, li għalkemm msejjsa fuq il-verita`, mhux stampa eżatta ta’ dak li ġara  fir-realta` .  Il-film hu taħt id-direzzjoni ta’ Julian Jarrold, kitba ta’ Trevor De Silva u Kevin Hood, għandu zgur jgħoġob lil dawk li tinterreshom l-istorja l-familja rjali. Tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tnax –il sena izda dawk taħt l-eta`  jkunu jistgħu jarawh jekk akkumpanjati minn xi adult.