F’dan l-episodju nitkellmu ma’ koppja żagħżugħa dwar il-ħajja tagħhom bħala familja. Fost it-temi diskussi nitkellmu dwar x’tip ta’ deċiżjonijiet tinvolvi l-ħajja familjari, kif tinbidel il-ħajja fil-komunità, u x’inhuma l-isfidi li jiġu affaċċjati.

🎙️ Mistiedna

Claire Callus
Simon Callus

🎙️ Preżentaturi

Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi


Aħseb u Ara hu podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network (MCYN) u l-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi. Dan il-progett hu frott ta’ kollaborazzjoni li bdiet fl-2021 u wasslet għar-riċerka Youth Engagement Study, li saret fl-istess sena.

L-għan ta’ dawn il-podcasts hu li niddiskutu temi mit-tagħlim soċjali tal-Knisja. Filwaqt li hemm element ta’ informazzjoni f’kull episodju, iż-żewġ entitajiet xtaqu li dawn it-temi jiġu diskussi f’ambjent ta’ konversazzjoni relevanti għaż-żgħażagħ. Għalhekk iż-żewġ mistiedna huma żgħażagħ li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom.