Nhar il-Ħadd, 21 ta’ Frar 2010, fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Bastjan Ħal-Qormi, saret Quddiesa bis-Salib u l-Ikona, replika ta’ dawk mogħtija mill-Papa Ġwanni Pawlu II liż-żgħażagħ fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ ta’ 25 sena ilu. Din iċ-ċelebrazzjoni kienet animata miż-żgħażagħ tal-PLYG (Pastoral Liturgical Youth Group) tal-Parroċċa ta’ San Bastjan, bil-parteċipazzjoni ta’ żgħażagħ mill-parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi. Is-Salib u l-Ikona, simboli tal-vjaġġ tal-ħajja tagħna fil-preżenza ta’ Kristu u Ommu Marija, ser ikunu fil-Parroċċa ta’ San Bastjan matul din il-ġimgħa. Matul dan iż-żmien qed ikunu organizzati diversi mumenti ta’ riflessjonijiet f’din il-komunita parrokkjali. Ta’ min isemmi servizz penitenzjali għaż-żgħażagħ li qiegħed ikun imħejji għal nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Frar ġewwa iċ-Ċentru Pastorali Parroċċa San Bastjan.
Fl-aħħar ta’ din il-ġimgħa, is-Salib u l-Ikona ser jgħaddu għand iż-żgħażagħ tal-parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid, waqt il-Quddiesa tal-Ħadd fil-għaxija fis-7.30pm. Qiegħda tkun imħejjija ukoll attivita żagħżugħa Route 53787 flimkien maż-ŻAK ta’ Ħal Tarxien u ta’ Raħal il-Ġdid, Kristu Re, wara l-Quddiesa.
Agħfas fuq ir-ritratt biex tkabbar. Ir-ritratti tal-attivitajiet tal-Arċisqof jistgħu jinxtraw mill-ħanut PHOTOCITY, il-Belt. Tel: 21236723. Email: [email protected]
Jekk kont preżenti għal din l-attivita’, ħalli l-kummenti tiegħek.