Ir‑Regolamenti għad‑Dħul fl‑Iskejjel tal‑Knisja għas‑sena skolastika 2021‑2022 ġew ippubblikati hawnhekk. B’kollox ser ikun hemm 1,582 post vakanti għall‑istudenti. Minħabba l‑pandemija COVID‑19 l‑applikazzjonijiet se jsiru kollha online. L‑applikazzjonijiet tal‑ewwel kriterju jintlaqgħu bejn is‑27 ta’ Novembru u s‑7 ta’ Diċembru 2020. L‑applikazzjonijiet ta’ “Applikanti l‑Oħra” jintlaqgħu bejn id‑29 ta’Jannar u t‑12 ta’ Frar 2021.

Il‑proċess tad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja jiddetermina d‑dħul fl‑ewwel u t‑tieni sena kindergarten, fl‑ewwel sena primarja u fl‑ewwel sena sekondarja. Din is‑sena hemm ukoll dħul fir‑raba’ sena primarja fl‑iskola tal‑bniet ta’ St Monica, il‑Gżira. Il‑lista tad‑dokumenti meħtieġa, il‑ġranet meta wieħed għandu japplika u dettalji oħra huma mniżżla fir‑regolamenti li jinsabu online.

L‑applikazzjonijiet tal‑ewwel kriterju jinkludu tfal li huma fi djar tal‑Knisja, tfal tal‑impjegati tal‑iskejjel tal‑Knisja, aħwa li jistgħu jinkitbu fl‑istess skola ta’ ħuthom, transfers bejn skejjel tal‑istess kongregazjoni reliġjuża u tfal li qegħdin fi skejjel tal‑Knisja bla kontinwità.

Ser jiġu allokati wkoll numru ta’ postijiet lil tfal ikkunsidrati bħala każijiet serji u li għalihom hemm regolamenti speċifiċi. Il‑każijiet serji jinkludu tfal li għandhom jew ser ikollhom bżonn l‑għajnuna ta’ LSE, każijiet soċjali u każijiet ta’ tfal li qed ifittxu ażil. Il‑każijiet serji jsegwu proċess parallel għall‑applikazzjonijiet l‑oħra.

In‑numru ta’ postijiet vakanti għad‑dħul fl‑iskejjel tal‑Knisja għas‑sena skolastika 2021‑2022 huwa kif ġej:

Sena Postijiet Vakanti Subien Postijiet Vakanti Bniet Total  Postijiet Vakanti
L‑ewwel sena kindergarten 7372145
It‑tieni sena kindergarten 115383498
L‑ewwel sena primarja 356224580
Ir‑raba sena primarja 02424
L‑ewwel sena sekondarja 26570335
TOTAL 8097731,582

DĦUL FL‑ISKEJJEL TAL‑KNISJA FL‑2020

Għas‑sena skolastika li għadha kif bdiet (2020‑2021), is‑Segretarjat għall‑Edukazzjoni Nisranija rċieva 3,826 applikazzjoni għal 1,706 post vakanti f’diversi livelli tad‑dħul. Għal darb’oħra, it‑talba kienet aktar mid‑doppju tal‑postijiet disponibbli fl‑iskejjel tal‑Knisja. Minħabba r‑restrizzjonijiet li ġabet magħħa l‑pandemija COVID‑19, il‑poloz u l‑għażla tal‑iskola saru online.