L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. se jiċċelebra l-ħames anniversarju tal-ordinazzjoni episkopali tiegħu b’Quddiesa Konċelebrata ta’ Radd il-Ħajr fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, nhar il-Ħadd 22 ta’ Jannar 2012, fil-5.30 p.m. Is-saċerdoti kollha huma mistiedna jikkonċelebraw u kulħadd huwa mistieden jattendi.
Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Jannar, l-Arċisqof jiċċelebra għeluq is-66 sena tiegħu. Mons. Cremona twieled fl-1946. Hu ġie ordnat Isqof fis-26 ta’ Jannar 2007. Dakinhar huwa beda l-missjoni pastorali tiegħu bħala Arċisqof ta’ Malta.
Ċirkulari tal-Kurja, maħruġa mill-Aġent Vigarju Ġenerali, Mons. Lawrence Gatt, tħeġġeġ lill-membri tal-Knisja biex jitolbu l-Mulej iħares u jseddaq lill-Arċisqof.