Il-Ġimgħa, 20 ta’ Jannar

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kappillan, dwar iż-żjara pastorali f’din il-parroċċa.

Is-Sibt, 21 ta’ Jannar

4.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesu’.

5.45 p.m. L-Arċisqof iqaddes fil-Knisja Parrokkjali u wara jiltaqa’ man-nies.

Il-Ħadd, 22 ta’ Jannar

9.00 a.m. L-Arċisqof iqaddes fiċ-Ċentru taż-Żwejt u wara jiltaqa’ man-nies.

11.00 a.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-membri tas-Soċjeta’ Ċivili fiċ-Ċentru Parrokkjali.

12.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-komunita’ tal-Patrijiet Kappuċini u wara jiekol magħhom.

It-Tnejn, 23 ta’ Jannar

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekiżmu fiċ-Ċentru Ġesu’ l-Ħabib tat-Tfal.

6.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Katekisti tat-tfal fiċ-Ċentru Parrokkjali.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-Teens u Preadolexxenti fiċ-Ċentru Parrokkjali.

7.45 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Adolexxenti u Żgħażagħ fiċ-Ċentru Parrokkjali.

8.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-Żgħażagħ (18+) fiċ-Ċentru Parrokkjali.

It-Tlieta, 24 ta’ Jannar

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja A.

6.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ individwalment ma’ persuni li jixtiequ jkellmuh fuq il-parroċċa, fil-Kunvent.

L-Erbgħa, 25 ta’ Jannar

4.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Djakonija fil-Kunvent.

5.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Liturġija fil-Kunvent.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kummissjoni Familja u Koppji Mexxejja fil-Kunvent.

Il-Ħamis, 26 ta’ Jannar

5.15 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mat-tfal li jattendu l-katekiżmu fil-MUSEUM u fiċ-Ċentru ta’ Żwejt, fil-MUSEUM tas-Subien.

7.00 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Animaturi tal-Evanġelizazzjoni fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Il-Ġimgħa, 27 ta’ Jannar

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u mal-Kummissjoni Implimentazzjoni Sinodu fiċ-Ċentru Parrokkjali.

It-Tnejn, 30 ta’ Jannar

7.00 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Assemblea Parrokkjali miftuħa għal kulħadd, fil-Knisja Parrokkjali.

It-Tlieta, 31 ta’ Jannar

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur l-Iskola Primarja B.

Il-Ħamis, 2 ta’ Frar

5.30 p.m. L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa (tal-Kandlora) fis-Santwarju tal-Mensija u wara jiltaqa’ man-nies.