Il‑Bord tad‑Dħul tal‑IskejjeI tal‑Knisja jinforma lill-pubbliku li għandu żewġ postijiet vakanti għas‑subien bi statement ta’ sapport fl‑Ewwel Sena Primarja.

L‑iskola ta’ St Francis f’Bormla għandha post għal tifel li għandu statement ta’ sapport ta’ LSE full-time one‑to‑one. L‑iskola ta’ St Benild f’Tas‑Sliema għandha post għal tifel li għandu statement ta’ sapport ta’ LSE shared. Għal dan il‑post vakanti, l‑iskola ta’
St Benild lesta tikkunsidra wkoll l‑applikazzjoni ta’ tifel bi statement ta’ sapport ta’ LSE fulltime one‑to‑one jekk ħuh ikun diġà rreġistrat fl‑iskola ta’ St Benild.

Sabiex jimtlew dawn il‑postijiet, u oħrajn simili li jista’ jkun hemm, se jintlaqgħu applikazzjonijiet online biss mis-sitknisja.mt/applicationsmin‑nhar it‑Tnejn 10 sal‑Ġimgħa 14 ta’ Awwissu 2020. Il‑konferma tal‑applikazzjoni se tintbagħat sat‑Tnejn 31 ta’ Awwissu 2020.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn knisja.mt/ChurchSchools.