• Applikazzjonijiet għal xi postijiet vakanti fi skejjel tal-Knisja

  • Ser jerġgħu jintlaqgħu applikazzjonijiet għal numru ta’ postijiet għall-bniet fl-ewwel sena sekondarja.

    L‑applikazzjonijiet jintlaqgħu nhar il-Tlieta, 3 ta’ Settembru 2013, fis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, 16, il-Mall, Furjana, bejn id-9:00 a.m. u nofsinhar, u jkunu skont dawn il-kriterji: studenti skont l-ewwel kriterju (Djar tal-Knisja), aħwa, ulied ta’ impjegati fi skola tal-Knisja u ta’ skola bla kontinwità, u skont it-tielet kriterju (Applikanti Oħra).

    L-istudenti għall-ewwel sena sekondarja jridu jkunu twieldu fis-sena 2002. Aktar dettalji dwar id-dokumenti li wieħed għandu jippreżenta meta japplika jinsabu fir-Regolamenti tad-Dħul fuq il-websajt: http://knisja.mt/posts/category/church-schools. Il-ħlas għall-applikazzjoni huwa ta’ €10.

    Dan il-proċess ser jitmexxa skont ir-Regolamenti tad-Dħul. Il-polza tal-applikanti se ssir nhar il-Ħamis, 5 ta’ Settembru 2013, fil-Kurja tal-Arċisqof, Furjana. Il-polza tal-bniet għall-ewwel sena sekondarja tibda fis-1:00 p.m.  Immedjatament wara ssir ir-reġistrazzjoni tat-tfal, għaldaqstant huwa importanti li l-ġenituri jkunu prezenti għall-polza.

    F’kaz ta’ diffikultà wieħed jista’ iċempel il-Bord tad-Dħul Skejjel tal-Knisja fuq 27790077 – 27790060.