Pope Wojtyla

After doctors and the commission of theologians okayed the second miracle performed by John Paul II, the commission of theologians has also given its approval. All that remains now is for cardinals and bishops to give the go ahead and Wojtyla could become a saint

It-tobba u l-Kummissjoni ta’ Teologi approvaw it-tieni miraklu li sar bl-intervent tal-Papa Ġwanni Pawlu II. Il-pass li jmiss issa hu li l-Kongregazzjoni tal-Kardinali u l-isqfijiet jagħtu l-approvazzjoni tagħhom biex Ġwanni Pawlu II jsir qaddis. Din il-kongregazzjoni se tkun qed tiltaqa’ fil-ġimgħat li ġejjin.Dan kollu ħareġ f’rapport fuq is-sit internet www.vaticaninsider.lastampa.it

F’April li għadda, il-kummissjoni medika fi ħdan il-kongregazzjoni għall-kawżi tal-qaddisin, irrikonoxxiet fejqan li sar fuq mara, fejqan li ġie deskritt bħala inspjegabbli.

Biex persuna tiġi ddikjarata qaddisa, irid l-ewwel jiġi rikonoxxut miraklu li jkun sar bl-interċessjoni tagħha. Dan iwassal għall-Beatifikazzjoni. Imbagħad, il-Vatikan irid japprova miraklu ieħor li jkun seħħ bl-interċessjoni tal-istess beatu.

Għadu kmieni biex wieħed jikkonkludi meta se ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-qdusija ta’ Ġwanni Pawlu II iżda qed jissemma l-Ħadd 20 ta’ Ottubru, jumejn biss qabel il-festa tal-beatifikazzjoni tal-istess Ġwanni Pawlu II.

http://vaticaninsider.lastampa.it/en/the-vatican/detail/articolo/wojtyla-wojtyla-wojtyla-25765/