It-Tnejn

9.00 a.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-uffiċjali prinċipali tal-Kurja.

4.30 p.m. L-Arċisqof jippresiedi laqgħa tal-Kunsill Rapprezentattiv Djoċesan, fil-Kurja.

7.30 p.m. L-Arċisqof jiltaqa’ mal-volontiera li ħadu sehem fl-organizzazjoni taż-Żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta, fil-Kurja.

It-Tlieta

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur il-ħaddiema ta’ Media.Link, Pieta’ u wara lill-ħaddiema fil-Palazz tal-President, Valletta fejn jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem.

6.30 p.m. L-Arċisqof jattendi ‘Aquinas Evening’ fiċ-ċentru ĊAK, Birkirkara, organizzat mill-għaqda Studenti tat-Teoloġija ta’ l-Universita’.

L-Erbgħa

9.00 a.m. L-Arċisqof iżur il-ħaddiema ta’ Michael Debono Ltd, Zebbug, u wara iżur il-ħaddiema li jaħdmu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Laburista, Hamrun fl-okkażjoni ta’ San Ġużepp Ħaddiem.

4.30 p.m. L-Arċisqof  jilqa’ lill-E.T. Gideon Meir, Ambaxxatur ta’ Israel, fir-residenza tiegħu Ħ’ Attard.

5.15 p.m. L-Arċisqof  jilqa’ lill-E.T. Bernd Braun, Ambaxxatur tal-Germanja, fir-residenza tiegħu Ħ’ Attard.

7.30 p.m. L-Arċisqof imexxi laqgħa organizzata mill-KDZ għall-volontiera li fis-sajf se jaħdmu f’Malta jew f’artijiet tal-Missjoni.

Il-Ħamis

12.55 p.m. L-Arċisqof iħalli Malta lejn il-Kanada biex iżur il-komunitajiet Maltin f’Toronto, u fl-Istat Uniti tal-Amerika.

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

Il-Ħadd