• Assemblea Djoċesana 2013

  • L-oqsma kollha tal-Knisja f’Malta, flimkien mal-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., nġabru fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni, Birkirkara, għall-avveniment annwali tal-Assemblea Djoċesana. L-Assemblea, ippreseduta mill-Arċisqof, iffukat fuq il-bżonn kontinwu li il-ħidma pastorali f’oqsma partikolari tiġi aġġornata għaż-żminijiet tal-lum.

    It-tema diskussa il-Ġimgħa 4 ta’ Ottubru kienet dwar “il-ħidma pastorali integrata fil-qasam taż-żwieġ u l-familja”, filwaqt li s-Sibt 5 ta’ Ottubru ġiet diskussa it-tema: “il-katekeżi tat-tfal: sfidi u direzzjoni għall-ġejjieni”.  Dawn huma żewġ temi ċentrali li joħoroġu mill-Pjan Pastorali 2012 – 2014.

    Fl-ewwel jum it-task force tal-Kummisjoni Djoċesana Familja ippreżenta rapport dwar l-isfidi u r-realtajiet tal-koppji miżżewġa u l-familji, filwaqt li fit-tieni jum ġie ppreżentat dokument imħejji mis-Segretarjat għall-Katekeżi b’riflessjoni dwar il-katekeżi tat-tfal. 

    Il-preżentazzjoni taż-żewg dokumenti, flimkien mad-diskussjoni li saret waqt din l-Assemblea, huma l-bidu ta’ proċess għat-tfassil ta’ ħidma pastorali fil-qasam tal-katekeżi tat-tfal u tal-familja, li tkun aġġornata għaż-żminijiet tal-lum.

  • Ritratti: Photocity, Valletta. 

    www.photocitymalta.com