Is-Sibt 26 ta’ Frar – is-sitt edizzjoni tal-Assemblea Ġenerali għaż-żgħażagħ u l-mexxeja tagħhom se tkun imtella’ ġewwa l-Kumpless tal-Ħniena Divina, in-Naxxar. Din is-sena l-Assemblea ser tikkonċentra fuq il-formazzjoni – x’itfisser illum-il ġurnata u kif tista’ titkattar. Aktar minn hekk, l-Assemblea tirrifletti l-istampa tal-ħidma maż-żgħażagħ f’Malta bħalissa.
L-Assemblea Ġenerali hija okkażżjoni annwali biex tikkollabora, tisma’ u taqsam ma’ protagonisti oħra fil-qasam tal-pastorali maż-żgħażagħ. Id-diriġenti u kumitati ta’ għaqdiet kif ukoll iż-żgħażagħ infushom huma mistiedna li jieħdu sehem f’din il-laqgħa minn fejn tinħareġ il-viżjoni pastorali tad-djoċesi għaż-żgħażagħ.
It-tema għal din is-sena hija Jien.Aħna.Huma li tesplora l-karatteristiċi uniċi ta’ komunitajiet nsara żgħażagħ fil-kuntest Malti tal-lum. Preżenti għall-Assemblea ser ikun Monsinjur Arċisqof Pawl Cremona li ser jinawgura uffiċjalment is-sit elettroniku ġdid tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ (KDŻ). Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok irreferi għal [email protected]. Parteċipazzjoni hija bla ħlas.