Libya – Unrest

L-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan qal f’komunikat li l-Papa Benedittu XVI laqa’ fil-Palazz Appostoliku lill-President tar-Repubblika tal-Libanu, Michel Sleiman, matul liema laqgħa hu mifhum li saret l-ewwel referenza espliċita għal dak li qed jikkostitwixxi sitwazzjoni mill-iktar inkwetanti fil-Libja, bil-kummenti diretti, anki jekk kawti, tal-Papa.

“Id-diskussjonijiet kordjali servew biex kien issottolineat kif il-Libanu, bil-preżenza ta’ għadd ta’ komunitajiet Insara u Musulmani, hi fiha nnifisha messaġġ ta’ ħelsien u koeżistenza rispettabbli, mhux biss għar-reġjun, iżda wkoll għad-dinja. F’dan il-kuntest, hu ferm meħtieġ li tkun promossa l-kollaborazzjoni u anki d-djalogu bejn il-konfessjonijiet reliġjużi.

“L-attenzjoni daret imbagħad fuq l-importanza tal-awtoritajiet ċivili u reliġjużi impenjati biex jedukaw il-kuxjenza l-iktar b’tagħlim dwar il-paċi u r-rikonċiljazzjoni. Kienet espresso tama li l-formazzjoni ta’ Gvern ġdid twassal għall-istabbilta ferm mixtieqa tal-pajjiż, imsejjaħ biex jiffaċċja għadd ta’ sfidi interni u anki fuq livell internazzjonali.

“It-taħditiet għaddew imbagħad biex jiffukaw fuq is-sitwazzjoni fi Lvant Nofsani, b’referenza partikolari għal dak li bħalissa qed jikkaratterizza l-ġrajjiet fid-dinja Għarbija, biż-żewġ naħat jesprimu l-konvinzjoni tagħhom li hu vitali li jkunu solvuti mill-iktar fis possibbli l-konflitti fir-reġjun.

“Finalment, issemmiet b’attenzjoni partikolari s-sitwazzjoni delikata quddiem l-Insara fir-reġjun u s-sehem li dawn jistgħu jagħtu għall-ġid komuni tas-soċjeta”.