Bomb blast during mass in a catholic church in Nigeria

Fit-tramuntana tan-Niġerja, numru ta’ persuni nqatlu u oħrajn sfaw midruba, wara splużjoni deskritta iktar tard bħala attakk suwiċida waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-ewkaristija fi knisja kattolika.

L-attakk seħħ fil-belt ta’ Kaduna, li hija żona sinonima ma’ attakki settorjali.

L-isplużjoni ġiet ikkawżata minn ammont kbir ta’ splussiv f’mill-inqas karozza waħda li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni tal-knisja. Ħadd għadu ma ħa responsabiltá tal-attakk iżda ssemma diġá l-grupp Islamista ta’ Boko Haram li riċentament kien involut f’attakki simili f’din iż-żona.