L-Arċidjoċesi ta’ Malta tesprimi d-dispjaċir tagħha għall-inċident li jikkonċerna wieħed mis-saċerdoti tal-parroċċa taż-Żurrieq, u bħalissa qed taħdem mill-qrib ma’ dawk kollha kkonċeranti biex tindirizza s-sitwazzjoni.
Il-prijorità għall-Arċidjoċesi tibqa’ dejjem il-ġid tas-saċerdot kif ukoll tal-komunità.
Waqt li l-Arċidjoċesi tieħu b’serjetà kbira inċidenti ta’ abbuż verbali u abbuż ieħor, minħabba ċ-ċirkostanzi kollha ta’ dan il-każ, ġentilment tappella lill-pubbliku biex ikun empatiku u sensittiv ma’ dawk kollha kkonċernati speċjalment meta jikkummenta fuq il-media soċjali.