• Il-Knisja f’Malta tifraħ lill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’għeluq it-tliet snin minn meta l-Papa Franġisku ħatru Arċisqof ta’ Malta.

    Kien fis-27 ta’ Frar 2015, f’konferenza tal-aħbarijiet fil-Kurja, li n-Nunzju Appostoliku ta’ dak iż-żmien, Mons. Aldo Cavalli, ħabbar uffiċjalment li l-Papa Frangisku ħatar lil Mons. Charles Scicluna bħala s-suċċessur tal-Arċisqof Pawlu Cremona. 

    Fl-ewwel kelmtejn tiegħu lill-midja, bħala l-Arċisqof-elett, Mons. Scicluna stqarr: “Jien se nkun dak li jien … in-nies se ssir taf min hu Charles Scicluna … u Alla se jgħini”. Dakinhar saħaq ukoll li f’din il-mixja l-Isqof mhuwiex waħdu għaliex “aħna qegħdin f’mixja flimkien”.

    Ad multos annos!