• ***

    Direttur: Angelina Jolie Pitt

    Atturi: Angelina Jolie Pitt, Brad Pitt, Niels Arestrup

    Ħin: 122 minuti

    Klassifika tal-Gvern: 15

    Klassifika tal-Knisja: 18

    Fis-snin 70, Roland u Vanessa ikun ilhom erbatax-il sena miżżewġin imma bħalissa għaddejjin minn żmien diffiċli. Imorru joqgħodu f’raħal żgħir fin-nofsinhar ta’ Franza ġewwa lukanda li tħares fuq il-baħar Mediterran. Roland huwa kittieb imma qed ibati minn nuqqas ta’ ideat għal ktieb ġdid li jixtieq jikteb, u jqatta’ l-ħin jixrob u jpejjep f’restorant qrib il-baħar immexxi minn Michel. Vanessa, min-naħa l-oħra, tqatta’ l-biċċa l-kbira tal-ħin jew fil-kamra tas-sodda jew fuq it-terrazzin u tara kuljum sajjied għaddej bid-dgħajsa li milli jidher qatt ma’ jaqbad tant ħut. Hija qegħdha fuq qalbha hemm u ma’ trid tmur imkien, sakemm tinduna li hemm toqba fil-kamra tas-sodda tagħhom għal ġol-kamra tas-sodda tal-ġirien, Lea u Francois, koppja li għadhom kif jiżżewġu, u toqgħod tnemmes fuqhom. Roland jinduna x’qedha tagħmel Vanessa u jitħajjar hu wkoll iħares minn dik it-toqba. Il-fatt li jaraw x’qed tagħmel dik il-koppja żgħażugħa iservi bħala terapija għalihom u jwassalhom biex jerġgħu jibdew jikkomunikaw bejniethom.

    Film li nġibed kollu Għawdex. Huwa film teknikament tajjeb ħafna iżda huwa pjuttost monotonu dwar il-problema li qed tifni lil Vanessa.  Fih ħafna djalogu bil-Franċiż bis-sottotitoli bl-Ingliż. Il-film fih xeni sesswali u nudita’, kif ukoll kliem ħażin.  Jgħodd għal udjenza adulta.