• ***

    Direttur:  Gary Rydstrom

    Atturi: (vuċijiet ta’ ) Alan Cumming, Evan Rachel Wood, Elijah Kelley

    Ħin: 99 minuta

    Klassifika tal-Gvern: U

    Klassifika tal-Knisja: UPG

    Il-prinċipessa Marianne u oħtha ż-żgħira Dawn jgħixu fil-Fairy Kingdom, post sabiħ, idilliku, u maġiku. Marianne tkun qegħda tipprepara biex tiżżewweġ lil maħbub vanituż tagħha Roland. Iżda meta taqbad lil Roland ibus tfajla oħra, Marianne issir ġellieda li teħodha kontra Roland. Roland, iżda, xorta waħda jkun iridha lil Marianne. Għalhekk, jipperswadi lil Sunny, elf ċkejken li jkollu grazzja ma’ Dawn, biex imur fid-Dark Forest u jġieblu doża ta’ love potion mingħand ix-Sugar Plum Fairy. Il-kap tad-Dark Forest huwa l-Bog King, karattru intolleranti u wiċċu mqarras li jrid jeqred l-imħabba u ma’ jrid iħalli lil ħadd isir iħobb lil xi ħadd ieħor. Għalhekk, lix-Sugar Plum Fairy sakkarha l-ħabs u bgħat lil qaddejja tiegħu biex jeqirdu l-fjuri tal-primrose ħalli ma’ tkunx tista’ tagħmel aktar love potions.

    Film animat, minn Walt Disney Studios. Fih elementi ta’ ‘A Midsummer Night’s Dream’ u ‘American Idol’, b’ħafna mill-karattri jkantaw xi kanzunetta populari. Il-plot huwa tqil għax idaħħal ħafna elementi. Minħabba xi ġlied nissuġġerixxu li tfal żgħar ikunu akkumpanjati mill-ġenituri.