L-ammont miġbur minn Caritas Malta għal dawk milquta mit-terremot f’Haiti laħaq €270,391. Dwar din is-somma, Caritas Malta qalet li l-poplu Malti qatt ma jieqaf jissorprendi fil-ġenerożita tiegħu. Il-ġabra għall-fondi issa ngħalqet b’dan l-ammont jiġi trasferit lill-Caritas Internationalis. Aktar informazzjoni dwar il-missjoni ta’ din l-organizzazzjoni ġewwa Haiti jinstab fuq is-sit www.caritas.org
Il-ġbir ta’ fondi beda fl-14 ta’ Jannar, 2010, wara t-terremoti li seħħ fit-12 ta’ Jannar. L-Arċisqof ta’ Malta, Mons Pawlu Cremona OP u l-Isqof t’Għawdex, Mons. Mario Grech kienu taw l-approvazzjoni tagħhom għal din il-ġabra u talbu biex in-nies ikunu ġenerużi. Din hija it-tieni l-ogħla somma miġbura minn Caritas Malta, f’appelli ta’ emerġenza.