L-Attivitajiet tal-Arċisqof

Filmat: L-Isqfijiet jawguraw il-Milied it-tajjeb u s-Sena l-Ġdida lill-awtoritajiet tal-Istat

  Il-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta

Nhar il-Ħamis 19 ta’ Diċembru, l-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna, flimkien mal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, laqgħu lill-awtoritajiet tal-pajjiż għall-iskambju tal-awgurju tal-Milied u s-Sena l-Ġdida fil-Palazz tal-Arcisqof, il-Belt Valletta.

Fost il-persuni li żaru l-Palazz tal-Arċisqof il-Belt kien hemm il-President ta’ Malta George Vella, il-Prim Ministru Joseph Muscat u membri parlamentari Laburisti, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u membri mill-Partit Nazzjonalista u membri mill-Ġudikatura ta’ Malta… Kompli aqra »

Skambju tal-Awguri tal-Milied fil-Kurja tal-Arċisqof

L‑Arċisqof Charles J. Scicluna u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi qed jistiednu lill-pubbliku għall-iskambju tal-awguri tal‑istaġun, nhar il‑Ħadd 22 ta’ Diċembru bejn l‑10am u nofsinhar, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana.

Minħabba raġunijiet ta’ aċċessibilità, ser ikun miftuħ il‑bieb ta’ San Kalċedonju fi Triq Vincenzo Bugeja. Dakinhar, għall‑ħabta tal‑10:15am, l‑Arċisqof iwassal messaġġ lil dawk preżenti. Kompli aqra »

L-Arċisqof fi żmien il-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida

Il-funzjonijiet reliġjużi li ser imexxi l-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-Milied jibdew filgħaxija f’lejlet il-Milied.

It-Tlieta 24 ta’ Diċembru, lejlet il-Milied, fil-5:00 p.m. Monsinjur Arċisqof imexxi l-ewwel għasar tal-Milied solenni fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u fil-5:30 p.m., jiċċelebra l-Quddiesa tal-Vġili.

Dakinhar stess, fil-10:45 p.m. jibda l-uffiċċju tal-qari li matulu ssir ukoll il-prietka tat-tfal, kif ukoll programm ta’ għanjiet tal-Milied… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Diċembru 2019

Il-Ħadd 1 ta’ Diċembru, fl-4:30pm, l-Arċisqof Charles J. Scicluna jamministra s-Sagrament tal-Griżma lill-adolexxenti fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.

L-Erbgħa 4 ta’ Diċembru, fis-6:00pm, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja tal-Madonna ta’ Loreto, il-Gudja, li matulha jinawgura l-pavimentar il-ġdid tal-irħam.

Il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru, fid-9:00am, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa għall-istudenti tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti, fil-bidu tal-kampanja ‘Milied Flimkien’, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta… Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Novembru 2019

Il‑Ġimgħa 1 ta’ Novembru, fis‑6:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Qaddisin Kollha, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Iċ‑ċelebrazzjoni tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

Is‑Sibt 2 ta’ Novembru, fl‑10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit‑Tifkira Solenni tal‑Mejtin Kollha, fil‑Knisja taċ‑Ċimiterju tal‑Addolorata, Raħal Ġdid. Il‑Quddiesa tixxandar fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’MaltaKompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Ottubru 2019

  • It-Tlieta, 1 ta’ Ottubru, fid‑9:00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tas‑Sena Forensi, fl‑Oratorju tal‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    L-Erbgħa 2 ta’ Ottubru, fl-10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Jum l-Armata, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Settembru 2019

  • Il-Ħadd, 1 ta’ Settembru, fil‑11:00 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ, San Pawl il-Baħar.

    Is-Sibt, 7 ta’ Settembru, fis-6:00 p.m., lejlet il‑festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, Monsinjur Arċisqof imexxi Traslazzjoni tar-relikwa u wara jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa.

    Il‑Ħadd 8 ta’ Settembru, fl‑10:00 a.m., festa tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Kappella tat‑Twelid tal‑Verġni Marija, fil-Forti Sant’Anġlu, il-Birgu…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Awwissu 2019

  • It‑Tnejn, 5 ta’ Awwissu, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi Traslazzjoni Solenni lejlet il‑festa tas‑Salvatur, fil‑parroċċa ta’ Ħal Lija.

    It‑Tlieta, 6 ta’ Awwissu, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tas‑Salvatur, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija.

    L‑Erbgħa, 14 ta’ Awwissu, fil‑5:00 p.m., lejlet il‑festa ta’ Santa Marija Mtellgħa s‑Sema, Monsinjur Arċisqof imexxi l‑investitura tal‑kanonċi l‑ġodda tal‑Kapitlu Metropolitan, Traslazzjoni Solenni, l‑Ewwel Għasar u Quddiesa, fil‑Katidral ta’ San Pawl l‑Imdina…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Lulju 2019

  • Il-Ħadd 7 ta’ Lulju, fit-8:30 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Martirju ta’ San Pawl, fil-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat.

    Il-Ħamis 11 ta’ Lulju, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ San Benedittu, fil-Monasteru ta’ Santa Skolastika, il-Birgu.

    Il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju, fid-9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna f’Ġunju 2019

  • Is‑Sibt 1 ta’ Ġunju 2019, fis‑6:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa f’għeluq il‑50 sena tal‑Parroċċa San Ġwann tas‑Salib, Ta’ Xbiex.

    Il‑Ħadd 2 ta’ Ġunju, fl‑10:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑Parroċċa San Pietru fil‑Ktajjen, Birżebbuġa. Fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa li matulha jagħti l‑pussess lil Dun Josef Mifsud bħala l‑arċipriet il‑ġdid tal‑Parroċċa San Nikola ta’ Bari, is‑Siġġiewi…

  • Kompli aqra »