Nhar il-Ħamis 19 ta’ Diċembru, l-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna, flimkien mal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi, laqgħu lill-awtoritajiet tal-pajjiż għall-iskambju tal-awgurju tal-Milied u s-Sena l-Ġdida fil-Palazz tal-Arcisqof, il-Belt Valletta.

Fost il-persuni li żaru l-Palazz tal-Arċisqof il-Belt kien hemm il-President ta’ Malta George Vella, il-Prim Ministru Joseph Muscat u membri parlamentari Laburisti, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u membri mill-Partit Nazzjonalista u membri mill-Ġudikatura ta’ Malta.

Kull min żar l-Arċisqof ingħata kopja tal-ktieb Kelma ta’ Ħabib 2018 b’tifkira.

Aqra l-messaġġ tal-Arċisqof lill-Prim Ministru u l-Kabinett

Aqra l-messaġġ tal-Arċisqof lill-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti

Aqra l-messaġġ tal-Arċisqof lill-Kap tal-Oppożizzjoni