Il‑Ħadd 1 ta’ Marzu, fil‑5:00 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi pellegrinaġġ penitenzjali u jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni ta’ Ħadd in‑Nies, Ħaż‑Żabbar.

It‑Tnejn 2 ta’ Marzu, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jagħti l‑Ministeru tal‑Lettorat lil żewġ seminaristi, fis‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù.

Il‑Ġimgħa 13 ta’ Marzu, festa ta’ Ġesù Nazzarenu, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi pellegrinaġġ penitenzjali mill‑Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris sal‑Knisja Parrokkjali ta’ Ġesù Nazzarenu, tas‑Sliema, fejn wara jiċċelebra Quddiesa.

Il‑Ġimgħa 20 ta’ Marzu, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi pellegrinaġġ u jiċċelebra Quddiesa bl‑istatwa devota ta’ Ġesù Redentur, fil‑Bażilika tal‑Isla.

Is‑Sibt 21 ta’ Marzu, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b’sufraġju tal‑Arċisqof Ġużeppi Mercieca f’għeluq ir‑raba’ sena mill‑mewt tiegħu, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid.

Il‑Ħadd 22 ta’ Marzu, fid‑8:45 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

L-Erbgħa 25 ta’ Marzu, fil-5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’għeluq il-25 u l-50 anniversarju tal-professjoni ta’ xi Sorijiet tal-Karità, fil-Knisja tal-Erwieħ, Ħal Tarxien.