Editorjali

Festa ġdida għall-Knisja

  • Minn din is-sena, it-Tnejn ta’ wara l-Għid il-Ħamsin ser ikun iddedikat lill-Beata Verġni Marija Omm il-Knisja, festa ġdida li l-Papa Franġisku daħħal fil-kalendarju tal-Knisja Kattolika Rumana.

    Permezz ta’ din il-festa l-Papa jixtieq ifakkar lid-dixxipli kollha ta’ Kristu li, jekk irridu nikbru u nimtlew bl-imħabba tal-Mulej, irridu nibnu ħajjitna fuq tliet realtajiet: is-salib, l-Ewkaristija u l-Verġni Marija.

    L-għażla tal-ġurnata għandha għeruq bibliċi…

  • Kompli aqra »

L-isbaħ xewqat u talb għall-Arċisqof Scicluna

  • Nirringrazzjaw lil Alla li Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna issa jinsab tajjeb, wara li kellu jidħol l‑isptar f’Santiago biex isirlu intervent waqt il‑missjoni fiċ‑Ċilì li l‑Papa Franġisku fdalu f’idejh.

    Nuru s‑solidarjetà sħiħa tal‑Knisja f’Malta u Għawdex mal‑Arċisqof Scicluna. Inħeġġu lil kulħadd biex inkomplu nitolbu għalih ħalli jagħmel konvalexxenza tajba u jkompli jaqdi lil Kristu u lill‑Knisja b’dedikazzjoni sħiħa…

  • Kompli aqra »

Ieqaf, ħares u erġa’ lura

  • “It-tentazzjonijiet li għalihom aħna esposti għalihom huma ħafna. Kull wieħed u waħda minna jaf x’inhuma d-diffikultajiet li jrid iħabbat wiċċu magħhom. Ir-Randan hu żmien prezzjuż biex inneżżgħu l-maskra ta’ dawn it-tentazzjonijiet u oħrajn, waqt li nħallu l-qalb tagħna terġa’ tibda tħabbat mat-taħbita tal-qalb ta’ Ġesù.” B’din il-frażi, il-Papa Franġisku beda l-omelija tal-Erbgħa tal-Irmied u stieden lin-Nisrani sabiex jaħseb u jgħix dawn it-tliet kelmiet: ieqaf, ħares u erġa’ lura…

  • Kompli aqra »

Ragħajja skont qalbu

  • Il‑Papa Franġisku jgħid: “Il‑Knisja tibqa’ ħajja daqskemm tikber il‑qdusija ta’ Alla fil‑membri tagħha.” F’persuni bħall‑Isqof Adeodato Micallef, l‑Isqof Sylvester Carmelo Magro u l‑Isqof Emanuel Barbara, li lkoll għaddew għall-ħajja tad-dejjem f’Jannar, dehret tassew is‑sbuħija u l‑veru kobor tal‑Knisja. Huma kienu tliet ragħajja Maltin li taw ħajjithom għall‑merħla fdata lilhom.

    Dawn “il-martri mingħajr iċ‑ċarċir ta’ demm”, kif qal l-Arċisqof Charles J. Scicluna, huma ragħajja li, anke f’mumenti ta’ periklu u theddida, b’umiltà u sagrifiċċju kbir baqgħu sal‑aħħar qrib nieshom…

  • Kompli aqra »

Knisja eqreb taż-żgħażagħ

  • Hu magħruf li l‑Papa Franġisku jrid ikun qrib in‑nies u jifhem x’inhuma l‑bżonnijiet tagħhom. Għalhekk bi preparazzjoni għas‑Sinodu taż‑Żgħażagħ f’Ottubru li ġej, il‑Papa qed jitlob lill‑isqfijiet biex jifhmu u jgħixu l‑bżonnijiet, ix‑xewqat, l‑isfidi u l‑biżgħat taż‑żgħażagħ fid‑dinja tal‑lum. Il-kappillani fl-Arċidjoċesi ta’ Malta, flimkien mal-Arċisqof, għażlu li l-live-in annwali jkun iddedikat biex jisimgħu aktar dwar din ir-realtà importanti għall-Knisja…

  • Kompli aqra »

L-istedina tal-Mulej

  • Fil-messaġġ tal-Milied, l-Arċisqof Charles J. Scicluna awgura li l-Mulej Ġesù jidħol tassew fil-qalb tagħna bil-faraġ tiegħu imma anke bil-kelma għażiża tiegħu. “Dan il-Milied, il-Mulej qed jistiednek tersaq lejn il-Knisja u lejn il-Quddies, lejn is-Sagrament tal-Qrar u tat-Tqarbin.”

    L-Arċisqof qal li Ġesù qed jistedinna biex naħfru lil xulxin, inħobbu iżjed lil xulxin, naraw il-preżenza tiegħu f’ħutna, b’mod speċjali dawk ħutna li għandhom bżonn speċjali tal-imħabba u l-attenzjoni tagħna…

  • Kompli aqra »

Imsejħa naħdmu għall-ġustizzja u l-paċi

  • F’dokument ippublikat xahar mill‑ġurnata meta l‑ġurnalista Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata f’attakk ippremeditat fuq is‑soċjetà tagħna, il‑Kummissjoni Ġustizzja u Paċi ħeġġet liċ‑ċittadini kollha jirriflettu fuq il‑qagħda tas‑soċjetà tagħna llum, jieħdu azzjoni konkreta u jaħdmu għall‑ġid komuni, u jippromwovu l‑paċi.

    Il-Kummissjoni qalet li indubbjament huwa meħtieġ li nitolbu lil Alla għad‑don tal‑paċi tiegħu, iżda dan mhuwiex biżżejjed. Fi kliem il-Papa Benedittu XVI, “il‑paċi hija kemm don kif ukoll impenn”…

  • Kompli aqra »

Inqumu kontra l-biża’

  • Ilkoll konna maħsudin bil-qtil barbaru ta’ Daphne Caruana Galizia. Nikkundannaw bl-iżjed mod kategoriku l-qtil ta’ persuna, hi min hi u irrispettivament wieħed x’jaħseb dwarha. Il-mewt tas-Sinjura Caruana Galizia hija disfatta għal pajjiżna.

    F’dan il-mument kritiku għandna bżonn nuru solidarjetà mal-ġurnalisti kollha tagħna, u nitolbuhom ma jkunux skjavi ta’ min iħallashom imma qaddejja tal-libertà u tal-verità. Aħna, il-poplu, għandna bżonn is-servizz tal-ġurnalisti biex nibqgħu poplu ħieles…

  • Kompli aqra »

Nippromwovu l-ġid komuni u s-sitwazzjoni f’Malta

  • L-għada li l-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għad-distribuzzjoni ġusta tal-ġid komuni u staqsa jek il‑ġid li qed jinħoloq fis‑soċjetà tagħna hux qed joħloq disparità ekonomika, ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li qed tikber id-differenza bejn is-setgħana u l-foqra.

    L-appell tal-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza, biex l-awtoritajiet jagħtu aktar kas ta’ dawk il‑membri l‑iktar dgħajfa tas‑soċjetà, hija aktar urġenti meta wieħed jikkunsidra li l-persuni li fl-2016 kieu fir-riskju ta’ faqar ammontaw għal 69,920, skont l-NSO…

  • Kompli aqra »

Inqumu kontra l-biża’

  • Ilkoll konna maħsudin bil-qtil barbaru ta’ Daphne Caruana Galizia. Nikkundannaw bl-iżjed mod kategoriku l-qtil ta’ persuna, hi min hi u irrispettivament wieħed x’jaħseb dwarha. Il-mewt tas-Sinjura Caruana Galizia hija disfatta għal pajjiżna.

    F’dan il-mument kritiku għandna bżonn nuru solidarjetà mal-ġurnalisti kollha tagħna, u nitolbuhom ma jkunux skjavi ta’ min iħallashom imma qaddejja tal-libertà u tal-verità. Aħna, il-poplu, għandna bżonn is-servizz tal-ġurnalisti biex nibqgħu poplu ħieles…

  • Kompli aqra »