Gwida għall-Films

Selma

  • **** Direttur: Ava DuVernay Atturi: David Oyelowo, Tom Wilkinson, Carmen Ejogo Ħin: 128 minuti Klassifika taċ-Ċensura: 12A Klassifika tal-Knisja: 15 Fis-sajf tal-1964 il-President Amerikan Lyndon Johnson għadda s-Civil Rights Act; din il-liġi kienet pass importanti lejn l-ugwaljanza tas-suwed fis-soċjeta’ amerikana billi tathom id-dritt għal vot. Hekk kif bdiet is-sena 1965 il-President Johnson kien ħerqan li jikkonċentra fuq ħwejjeġ oħra, speċjalment fuq miżuri ekonomiċi…
  • Kompli aqra »

Child 44

  • **** Direttur: Daniel Espinosa Atturi: Tom Hardy, Gary Oldman, Noomi Rapace, Joel Kinnaman Ħin: 137 minuti Klassifika taċ-Ċensura: 15 Klassifika tal-Knisja: 15 Leo Demidov huwa Russu li trabba f’orfanatrofju. Fl-1945 intagħżel biex ixejjer il-bandiera russa minn fuq ir-Reichstag f’Berlin u b’hekk sar eroj nazzjonali. Fl-1953 Leo jifforma parti mill-pulizzija militari f’Moskow inkarigat bli jaqbad l-ispiji. Meta jinstab tifel maqtul ħdejn il-linji tal-ferrovija f’Moskow Leo jitqabbad jagħmel rapport uffiċċjali u jgħid li l-kawża tal-mewt kienet inċident, għax skond Stalin ‘ma jsirx qtil fil-ġenna ta’ l-art’ (ir-Russja)…
  • Kompli aqra »

John Wick

  • *** Diretturi: Chad Stahelski u David Leitch Atturi: Keanu Reeves, Michael Nyqvist, Willem Dafoe, John Leguizamo Ħin: 101 minuti Klassifika taċ-Ċensura: 15 Klassifika tal-Knisja: 18 John Wick kien assassin magħruf u brutali fil-mafja ta’ New York iżda telaq mill-ambjent tal-kriminalita’ u issa jinsab jgħix ħajja normali fil-kwiet fi New Jersey jibki l-mewt ta’ marthu. Xi ħadd, iżda, jisraqlu l-karozza u joqtollu l-kelb, u jsir jaf li dan  sar minn Iosef Tarasov, iben Viggo Tarasov, kap tal-mafja Russa fi New York u li qabel kien il-boss tiegħu…
  • Kompli aqra »

Woman in Gold

  • ****

    Direttur: Simon Curtis

    Atturi: Helen Mirren, Ryan Reynold, Daniel Bruhl, Katie Holmes, Tatiana Maslany, Max Iron, Charles Dance u Elizabeth McGovern

    Ħin tal-Film: 109 min

    Klassifika taċ-Ċensura: 12A

    Klassifika tal-Knisja: 12

    F’numru ta’ flexbek matul il-film, Maria Altman terġa’ ġġedded il-memorja tal-wasla tal-forzi Nażisti ġewwa Vjenna, fl-Awstrija u dak kollu li ġara lill-Lhud li kienu jgħixu hemm fosthom hi u l-famija tagħha…

  • Kompli aqra »

Paul Blart: Mall Cop 2

  • ***

    Direttur: Andy Fickman

    Atturi: Kevin James, Neal McDonough, Daniela Alonso, David Henrie, Raini Rodriguez, Loni Love, D. B. Woodside, Eduardo Verastegui u Gary Valentine

    Ħin tal-Film: 94 min

    Klassifika taċ-Ċensura: PG

    Klassifika tal-Knisja: PG

    Paul Blart jinsab  divorzjat mit-tieni mara tiegħu b’riżultat li kien jinsab f’qagħda tassew inkwietat  u mdejjaq…

  • Kompli aqra »

Avengers: Age of Ultron

  • ****

    Direttur: Joss Whedon

    Atturi: Robert Downey Jr., Chris Hemsworth, Mark Ruffalo, Chris Evans, Scarlett Johanson, Jeremy Renner, Don Cheadle,  Aaron Taylor-Johnson u Elizabeth Olsen

    Ħin tal-Film: 142 min

    Klassifika taċ-Ċensura: 12A

    Klassifika tal-Knisja: 12

    Tony Stark jipprova jittanta jerġa’ jibda l-programm li l-għan tiegħu  kien li jżomm il-paċi. Iżda sfortunatament,  l-affarijiet xejn ma jmorru tajjeb tant li l-protagonisti  tagħna li jinkludi lil  Iron Man, Captain America,  Thor,  Hulk, Black Widow u Haekeye jiġu msejjħa biex jintervienu f’sitwazzjoni li jekk ma jirnexxielhomx,  kien ifisser it-tmiem tal-pjaneta tagħna…

  • Kompli aqra »

Trash

  • Direttur: Stephen Daldry

    Atturi: Selton Mello, Wagner Moura, Rooney Mara, Martin Sheen

    Ħin: 113 minuti

     

    Klassifika taċ-Ċensura: 15

    Klassifika tal-Knisja: 15

    Jose Angelo, raġel Brażiljan tal-klassi medja, qabel mal-pulizija jaqbduh, iwaddab kartiera fi trakk taż-żibel li jkun għaddej. Ftit siegħat wara Raphael, tifel ta’ 14 il-sena li jgħix f’waħda mill-favelas ta’ Rio de Janeiro, isib dik il-kartiera waqt li jkun qed ifittex fiż-żibel flimkien ma’ sieħbu Gardo…

  • Kompli aqra »

Unfinished Business

  • ***

    Direttur: Ken Scott

    Atturi: Vince Vaughn, Tom Wilkinson, Dave Franco, Sienna Miller

    Ħin: 91 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: 15

    Klassifika tal-Knisja: 18

    Dan Trunkman, sales manager ma’ ditta kbira, huwa bniedem ambizzjuż imma jiddejjaq jiġi stmat ħażin mill-kap tiegħu, mara jisimha Chuck Portnoy. Għalhekk jitlaq mix-xogħol tiegħu u jwaqqaf kumpanija oħra rivali, bil-ħsieb li jisraq lil Chuck l-ikbar klijent tagħha…

  • Kompli aqra »

The Gunman

  • ***

    Direttur: Pierre Morel
    Atturi: Sean Penn, Idris Elba, Ray Winstone, Mark Rylance, Jasmine  Trinca, Peter Franzen u Javier Bardem
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15       
    Klassifika tal-Knisja: 18
     

    Jim Terrier, assassin merċinarju. jinsab f’missjoni flimkien ma’ oħrajn,  ġewwa r-Repubblika Demokratika tal-Congo f’isem klijent mhux magħruf. Jim jirnexxielu joqtol il-Ministru tal-Minjieri. Kien Felix, kollegga tiegħu li għażlu  biex iwettaq  din il-biċċa xogħol bi ħsieb li jqegħedu f’periklu kbir u hekk jkun jista’ jieħu  hu, t-tfajla li Jim kien iħobb…

  • Kompli aqra »

Home

    • ***

      Direttur: Tim Johnson

      Atturi: (vuċijiet ta’) Jim Parsons, Steve Martin, Jennifer Lopez, Rihanna

      Ħin: 94 minuta

      Klassifika taċ-Ċensura: U

      Klassifika tal-Knisja: U

      Oh huwa aljen individwalist filwaqt li l-kumplament tar-razza tiegħu, il-Boov, joqghodu għal mexxej tagħhom Smek. Huma għandhom ħila kbira kif idabbru rashom,  xi ħaġa  ta’ għajnuna kbira għalihom fil-ġlieda li għandhom ma l-iktar rivali perikolużi tagħhom, il- Gorg…

  • Kompli aqra »