Gwida għall-Films

Ex Machina

  • ***

    Direttur: Alex Garland

    Atturi: Domnhall Gleeson, Alicia Vikander, Oscar Isaac

    Ħin: 108 minuti

    Klassifika taċ-Ċensura: 15

    Klassifika tal-Knisja: 18

    Caleb jaħdem ma’ Bluebook, kumpanija kbira tas-software tal-kumpjuters. Huwa ftit stramb imma għandu ħila kbira fil-kumpjuters, u jirnexxielu jirbaħ kompetizzjoni bejn il-ħaddiema biex imur iqatta’ ġimgħa waħdu mal-fundatur tal-kumpanija, bniedem rekluż jismu Nathan li jgħix ġo fortizza enormi fuq gżira fl-Iskandinavja; l-unika persuna oħra li tgħix miegħu huwa Kyoko, chef tas-sushi u li hija muta…

  • Kompli aqra »

The Women in Black: Angel of Death

  • ***

    Direttur: Tom Harper
    Atturi: Phoebe Fox, Jeremy Irvine, Helen McCrory
    Ħin: 98 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12
    Klassifika tal-Knisja: 15

    Waqt il-bombardament ta’ Londra fl-1941 l-awtoritajiet Ingliżi ddeċidew li jevakwaw lit-tfal u jeħduhom fil-kampanja l-bogħod mill-belt. Grupp ta’ tmin t-itfal, inkluż Edward, tifel li għadu kif spiċċa orfni meta bomba waqet fuq id-dar tagħhom u qatlet lil-ġenituri tiegħu u li t-trawma ta’ dan għamlitu mutu, jitilqu bit-train lejn it-tramuntana ta’ l-Ingilterra taħt il-kura ta’ l-għalliema Eve Parkins u l-kap ta’ l-iskola Jean Hogg…

  • Kompli aqra »

Mortdecai

  • **

    Direttur: David Koepp
    Atturi: Johnny Depp, Gwyneth Paltrow, Ewan McGregor
    Ħin: 106 minuta
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 15

    Mortdecai, negozjant ta’ l-arti dħuli u brikkun ikollu jiġri madwar id-dinja, armat biss bil-wiċċ ħelu tiegħu u l-faxxinu speċjali li għandu, biex isib pittura ta’ Goya misruqa li jingħad li fiha l-kodiċi ta’ kont tal-bank mimli bid-deheb tan-Nażi…

  • Kompli aqra »

The Interview

  • **

    Direttur: Evan Goldberg u Seth Rogen
    Atturi: James Franco, Seth Rogen, Lizzy Caplan, Randall Park
    Ħin: 112 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18

    Dave Skylark u Aaron Rapaport għandhom programm ta’ diskussjoni, l-aktar dwar sess, li hu populari ħafna, jismgħu ‘Skylark Tonight’. Iżda filwaqt li Dave kuntent bil-fama li dan il-programm qed jagħtih, Aaron irid xi ħaġa aktar, irid li l-programm tagħhom jittratta dwar aħbarijiet veri u b’hekk jibda jkollu aktar rispett…

  • Kompli aqra »

Jupiter Ascending

    • ***

      Diretturi: Lana u Andy Wachowskis
      Atturi: Mila Kunis, Channing Tatum, Eddie Redmayne
      Ħin: 127 minuti
       
      Klassifika taċ-Ċensura: 12A
      Klassifika tal-Knisja: 15

      Jupiter Jones hija emigrant Russa li toqgħod f’Chicago u taħdem bħala seftura biex tgħin lil familja tagħha. Mingħajr ma taf, iżda, hija tiġi mmarkata minn aljeni li jridu jeqirduha. Tlett aħwa tal-familja rjali Abrasax, Balem, Kalique, u Titus, li jgħixu x’imkien fl-univers, wara l-mewt ta’ ommhom li kienet ilha tirrenja għal żmien twil, jibdew jiġġieldu bejniethom dwar min għandu jieħu post ommhom bħala l-mexxej ta’ l-univers…

  • Kompli aqra »

50 Shades of Grey

    • Direttur: Sam Taylor-Johnson
      Atturi: Dakota Johnson, Jamie Dornan, Eloise Mumford, Luke Grimes, Rita Ora, Victor Rasuk, Max Martini, Dylan Neal, Callum Keith Rennie u Jennifer Ehle
      Ħin tal-Film: 125 min.
       
      Klassifika taċ-Ċensura: 18
      Klassifika tal-Knisja: AR

      Anastasia “Anna” Steele, studenta tal-letteratura, tintervista lil Christian Grey, sinjur kbir. Dan tagħmlu bħala favur għal Kate Kavanagh li kienet taqsam kamra magħha…

  • Kompli aqra »

The Pyramid

    • **

      Direttur: Gregory Levasseur
      Atturi: Ashley Hinshaw, James Buckley, Denis O’Hare, Christa Nicola
      Ħin: 89 minuti
       
      Klassifika taċ-Ċensura: 15
      Klassifika tal-Knisja: 15

      Tim ta’ arkeoloġisti, magħmul minn Miles Holiday u binthu Nora flimkien man-nies tagħhom, isibu piramida midfun taħt ir-ramel fl-Eġittu u jiddeċiedu li jgħidu lil Sunni, ġurnalista amerikana, u l-camerman tagħha, Fitzie, biex jiddokumentaw l-iskoperta tagħhom…

  • Kompli aqra »

The Theory of Everything

  • ****
    Direttur: James Marsh
    Atturi: Eddy Redmayne, Felicity Jones, David Thewlis

    Ħin: 123 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 15
     
    Fl-1963 Stephen Hawking ta’ 22 sena jkun student brillanti fl-universita’ ta’ Cambridge, għadu inċert f’liema qasam irid jispeċjaliżża. Huwa twil, irqiq u ta’ dehra goffa u xi ftit żgarbat, iżda dan ma’ jwaqqfux milli jibni relazzjoni ma Jane, studenta attraenti ta’ l-arti…

  • Kompli aqra »

Kingsman: The Secret Service

  • ****

    Direttur: Matthew Vaughn
    Atturi: Colin Firth, Samuel  L. Jackson, Mark Strong, Taron Egerton, Michael Caine, Sofia Boutella, Jack Davenport, Sophie Cookson u Mark Hamill
    Ħin tal-Film: 129 min
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12                   
    Klassifika tal-Knisja: 15
     
    Gary “Eggsy”, ta’ ħames snin, tilef lill-missieru li miet f’missjoni sigrieta waqt li kien fuq dmiru f’eżerċizzju militari…

  • Kompli aqra »

Big Hero 6

  • *****

    Diretturi: Don Hall u Chris Williams
    Iħna: Ryan Potter, Scott Adsit, Daniel Henney, T. J. Miller, Jamie Chung, Damon Wayans Jr., Genesis Rodriguez, Maya Rudolph u James Cromwell
    Ħin tal-Film: 92 min
     
    Klassifika taċ-Ċensura: PG
    Klassifika tal-Knisja: 12A                                       

    Hiro Hamada, tifel ta’ erbatax –il sena, hu ġenju fejn jidħol ir-robotiks. Kien jgħaddi ħafna ħin jieħu sehem fi ġlied ta’ robots, f’postijiet xejn  sbieħ moralment…

  • Kompli aqra »