Gwida għall-Films

Big Eyes

    • ****

      Direttur: Tim Burton
      Atturi: Amy Adams, Christoph Waltz, Krysten Ritter
      Ħin: 100 minuti
       
      Klassifika taċ-Ċensura: 12A
      Klassifika tal-Knisja: 12A

      Il-film jibda fl-1958 meta Margaret Ulbrich tieħu t-tifla tagħha Jane u titlaq lejn San Francisco biex taħrab minn żwieġ fallut. Hemmhekk tiltaqa’ ma’ Walter Keane, pittur ta’ pajsaġġi tal-kampanja. Margaret hija wkoll pittriċi għalkemm il-kwadri tagħha huma kollha dwar tfal b’għajnejhom kbar…

  • Kompli aqra »

St. Vincent

    • ***
      Direttur: Theodore Melfi
      Atturi: Bill Murray, Melissa McCarthy, Naomi Watts,  Jaeden Lieberher, Chris Dowd, Kimberley Quinn, Donna Mitchell u Terence Howard

      Ħin tal-Film: 102 min
       
      Klassifika taċ-Ċensura: 12A
      Klassifika tal-Knisja: 15
       

      Vincent,  imdaħħal xi ftit fi żmien, hu veteran tal-gwerra fi Vjetnam. Il-ħajja edonistika li kien igħix kienet ħallitu bla ħbieb u wisq iktar bla flus barra wkoll bla futur…

  • Kompli aqra »

The Drop

    • ***

      Direttur: Michael R. Roskam
      Atturi: Tom Hardy, Noomi Rapace, James Gandolfini, Matthias Schoenaerts
      Ħin: 106 minuti
       
      Klassifika tal-Gvern: 15
      Klassifika tal-Knisja: 18

      Bob Saginowski jaħdem għal kuġinuh Marv billi jeħodlu ħsieb il-Bar; il-lejalta’ kbira li Bob għandu lejn kuġinuh wasslitu biex jieħu dan l-impjieg fejn m’għandu l-ebda opportunita’ li javvanza fil-ħajja. Kien hemm żmien meta Marv kien figura prominenti fil-fillieri tal-mafja ta’ Brooklyn iżda mbagħad sab ruħhu f’ċirkostanzi diffiċli…

  • Kompli aqra »

The Gambler

    • ****

      Direttur: Rupert Wyatt
      Atturi: Mark Wahlberg, Brie Larson, Jessica Lange, John Goodman
      Ħin: 111 minuti
       
      Klassifika taċ-Ċensura: 15
      Klassifika tal-Knisja: 15

       
      Jim Bennett huwa professur tal-letteratura Ingliża f’universita’ fejn il-lectures tiegħu huma mimlijin passjoni. Fil-biċċa l-kbira l-istudenti tiegħu qedin hemm biex jgħaddu mis-suġġetti meħtieġa u jimxu ‘l quddiem f’xi qasam ieħor…

  • Kompli aqra »

American Sniper

  • *****

    Direttur: Clint Eastwood
    Atturi: Bradley Cooper, Sienna Miller, Luke Grimes, Jake McDorman
    Ħin: 134 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12
    Klassifika tal-Knisja: 15

    Il-film jiffoka fuq Chris Kyle, SEAL amerikan li serva erba’ darbiet fil-gwerra ta’ l-Iraq fis-snin 2000. Il-film jibda b’xena qawwija fit-toroq ta’ belt żgħira qrib Nasiriya, Iraq, f’Marzu 2003, matul il-bidu ta’ l-invażjoni ta’ l-Iraq…

  • Kompli aqra »

Birdman

    • ****

      Direttur: Alejandro Gonzales Inarritu
      Atturi: Michael Keaton, Edward Norton, Naomi Watts
      Ħin: 120 minuti
        
      Klassifika taċ-Ċensura:15
      Klassifika tal-Knisja: 18

      Riggan Thomson huwa attur li issa qed jikber fiż-żmien. Għoxrin sena ilu kien populari ħafna bħala l-istilla tas-serje ta’ films Birdman li kien suċċess kbir. Wara t-tieni film ta’ din is-serje, madankollu, Riggan ma ridx ikompli jaħdem f’dawn il-films imma beda jaħdem f’films oħra, li l-ebda wieħed minnhom m’għamel suċċess…

  • Kompli aqra »

Black Sea

  • ***

     
    Direttur: Kevin Macdonald
    Atturi: Jude Law, Scoot McNairy, Karl Davies, Konstantin Khabensky, Grioiriy Dobrygin, Tobias Menzies, Ben Mendelsohn u Jodie Whittaker
    Bin tal-Film: 115 min.
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 15
     
    Robinson, kaptan tas-sottomarin, sfortunatament, is-sejħa biex ibaħħar swietlu ħafna. Tletin sena ta’ tbaħħir swietlu l-imħabba ta’ martu Chrissy u ta’ binhom…

  • Kompli aqra »

Into the Woods

  • ***

    Direttur: Rob Marshall
    Atturi: Meryl Streep, Emily Blunt, James Corden, Anna Kendrick, Chris Pine, Tracey Ullman, Christine Baranski u Johnny Depp
    Ħin tal-Film:    124 min.
     
    Klassifika taċ-Ċensura: PG
    Klasifika tal-Knisja: 12A
     
    Furnar u martu xtaqu ħafna li jkollhom tarbija iżda sfortunatament kienu jinsabu taħt saħer li ġiet mqegħda fuq il-familja Baker mis-Saħħara wara li missier il-furnar, tant żmien ilu,  kien inqabad jisraq mill-ġnien tas-saħħara meta l-mara kienet tqila…

  • Kompli aqra »

Mr Turner

  • ****

    Direttur: Mike Leigh
    Atturi: Timothy Spall, Dorothy Atkinson, Marion Bailey, Paul Jesson
    Ħin: 149 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 15

    Fl-1826 il-pittur famuż Ingliż Joseph Mallord William Turner kellu 51 sena u jkun qed isir dejjem aktar populari bħala  pittur. Huwa jpinġi l-aktar fl-istudio li jkollu fid-dar tiegħu f’Londra, fejn jgħix ma’ missierhu William Sr., u ma Hannah li teħdilhom ħsieb id-dar…

  • Kompli aqra »

Tak3n

  • ****

    Direttur: Olivier Megaton
    Atturi: Liam Neeson, Forest Whitaker, Fumke Janssen, Maggie Grace, Dougray Scott, Sam Spruell u Leland Orser
    Ħin tal-Film: 108 min
     
    Klassfika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 12
     
    Bryan Mills, għamel żmien jaħdem bħala aġent  sigriet għall-gvern Amerikan. Illum jinsab irtirat u qiegħed jagħmel ħiltu biex jirrikonċilja ma’ Leonore, martu, li fi żwieġ tagħhom kellhom lil Kim,  illum żagħżugħa u tinsab tgħix ma’ ommha…

  • Kompli aqra »