Gwida għall-Films

Interstellar

  • ****

    Direttur: Christopher Nolan
    Atturi: Matthew McConaughey, Anne Hathaway, Jessica Chastain, Matt Damon, Michael Caine
    Ħin: 169 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: PG
    Klassifika tal-Knisja: 12A.
     

    Il-film hu ambjentat f’xi żmien fil-futur fl-Amerika. Id-dinja inħakment mill-ġuħ minħabba li fiha wisq nies kif ukoll minħabba li tip ta’ ġlata qed teqred il-ħxejjex ta’ l-ikel u toħloq tempesti kbar ta’ ramel…

  • Kompli aqra »

The Best of Me

  • ****

    Direttur: Michael Hoffman
    Atturi: Michelle Monaghan, James Marsden, Liana Liberato, Luke Bracey
    Ħin: 118 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 15
     
    Meta kienu għadhom fil-Junior College Amanda u Dawson kienu jħobbu lil xulxin iżda maż-żmien infirdu minn xulxin. Wara għoxrin sena jerġgħu jiltaqgħu meta t-tnejn li huma jmorru fil-belt żgħira f’Louisiana fejn kienu joqgħodu meta kienu żgħażagħ biex jattendu għal funeral ta’ ħabib komuni tagħhom, Tuck, u jgħarfu li għad għandhom ġibda lejn xulxin…

  • Kompli aqra »

The Giver

  • ***
     
    Direttur: Philip Noyce
    Atturi:  Jeff Bridges, Meryl Streep, Brenton Thwaites, Alexander Skarsgard, Odeja Rush, Katie Holmes u Taylor Swift
    Ħin tal-film: 97 min.

     
    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 12
    Fis-sena 2048, wara gwerra, il-komunita`  umana ddeċidiet li jneħħu kull forma ta’ razza u sentimenti. Kull ċitadin kellu l-memorja tiegħu mħassra b’eċċezzjoni ta’ dak magħruf bħala: “Ir-Riċevitur tal-Memorji”, individju fil-komunita` li kellu fil-pussess tiegħu l-memorji ta’ qabel u li kellu jagħti pariri lill-Kap tax-Xjuħ u l-Kunsill tieghu fuq id-deċiżjoni li kellhom jittieħdu għall-kumplament  tal-komunita`…
  • Kompli aqra »

The Judge

  • ****

    Direttur: David Dobkin
    Atturi: Robert Downey Jr., Robert Duvall, Billy Bob Thornton, Vera Farmiga
    Ħin: 141 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18
     
    Hank Palmer huwa avukat ta’ fama f’Chicago. Meta ommu tmut huwa jmur lura lejn pajjiżu, Carlinsville, belt rurali żgħira f’Indiana. Il-ħsieb tiegħu jkun li jmur għal funeral t’ommu u jerġa’ jitlaq jiġri lejn Chicago, l-iktar minħabba li xejn ma jkollu relazzjoni tajba ma’ missieru, l-Imħallef irrispettat Joseph Palmer, li ilu ma jkellmu minn mindu telaq lejn Chicago…

  • Kompli aqra »

Fury

  • ***
     
    Direttur: David Ayer
    Atturi: Brad  Pitt, Shia LaBeouf,  Logan Lerman, Michael Pena,
    Jon Bernthal, Jason Isaacs u Scott Eastwood
    Ħin tal-Film: 134 min.
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18

    Il-film jeħodna għal April tas-sena 1945, fl-aħħar xhur tat-Tieni Gwerra Dinjija. L-allejati jinsabu javanzaw ġewwa l-Ġermanja fl-aħħar imbuttatura biex fl-aħħar tintemm il-gwerra…

  • Kompli aqra »

The Riot Club

  • **

    Direttur: Lone Scherfig
    Atturi:Sam Claflin, Max Irons, Holiday Grainger
    Ħin:107 minuti
      
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18
     
    Alistair u Miles huma żewġ studenti ġodda fl-universita’ ta’ Oxford; it-tnejn li huma ġejjin minn familji sinjuri u għalhekk  jikkwalifikaw biex isiru membri tar-Riot Club, klabb esklussiv magħmul mill-aqwa għaxar studenti li jkunu marru fl-aqwa skejjel Ingliżi u li jkunu ġejjin mill-aktar familji sinjuri…

  • Kompli aqra »

Pride

  • ***

    Direttur: Matthew Warchus
    Atturi: Ben Schnetzer, George MacKay, Jessica Gunning, Bill Nighy
    Ħin: 120 minuti 

    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 15

    F’Ġunju 1984, Joe, żgħażugħ ta’ 20 sena li qed jitħarreġ għal chef, jiżgiċċa mid-dar u jmur jieħu sehem fill-London Gay Pride parade. Waqt li jkun hemm jinġarr ma grupp ħbieb politiċiżżati li jkomplu jiffestiġġjaw f’ħanut tal-kotba jismgħu “Gay’s the Word”…

  • Kompli aqra »

Gone Girl

  • ****

    Direttur: David Fincher
    Atturi: Ben Affleck, Rosamund Pike, Tyler Perry, Carrie Coon
    Ħin: 145 minuti 

    Klassifika taċ-Ċensura: 18
    Klassifika tal-Knisja: 18

    Wara li Nick u Amy Dunne, li t-tnejn li huma kienu jaħdmu fi New York bħala kittieba, jisfaw qegħda fi żmien il-kriżi ekonomika tal-2008, huma jitilqgħu lejn North Carthage fil-Missouri biex jieħdu ħsieb omm Nick li jkollha marda terminali…

  • Kompli aqra »

The Maze Runner

  • ****

    Direttur: Wes Ball
    Atturi: Dylan O’Brien, Aml Ameen, Thomas Brodie-Sangster, Kaya Scodelario, Will Poulter, Ki Hong Lee u Blake Cooper
    Ħin tal-Film: 113 min.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12

    Thomas, ġuvnot ta’ sittax –il sena, jsib ruħu bla ma jaf, ġewwa lift imsaddad. Meta jasal fuq nett jingħata merbħa minn numru ta’ żgħażagħ, kollha taħt id-dsatax –il sena…

  • Kompli aqra »

The Hundred-Foot Journey

  • ****

    Direttur: Lasse Hallstrom
    Atturi: Helen Mirren, Om Puri, Manish Dayal, Charlotte Le Bon
    Ħin: 122 minuti 

    Klassifika taċ-Ċensura: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 12A

    Il-familja Indjana Kadam ikollhom restaurant fl-Indja. Meta jinqala l-inkwiet politiku fl-Indja, ir-restaurant tagħhom jispiċċa jingħata n-nar u jinħaraq. Għalhekk il-familja Kadam, magħmula mill-missier u t-tlett uliedu, Mukthar, Mahira, u Hassan, jitilqu lejn l-Ewropa u jmorru joqgħodu f’belt żgħira fin-nofsinhar ta’ Franza…

  • Kompli aqra »