Il-Kelma tal-Arċisqof

Liema huma t-tliet imħabbiet ta’ ħajjitna?

Quddiesa wara l-pellegrinaġġ tar-Redentur

  Il-Bażilika Minuri ta' Marija Bambina, l-Isla

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

F’dan il-jum għażiż, Ġesù joffrilna triq ħelwa imma fl-istess ħin iebsa: kif inkunu qrib is-Saltna ta’ Alla. Lil dak l-għaref tal-liġi li rrisponda tajjeb, qallu: “M’intix ’il bogħod mis-Saltna ta’ Alla” (Mk 12:34).

X’inhi t-triq li qed joffrilna r-Redentur llum? Hija triq tat-tliet imħabbiet li jinġabru bil-kelma għażiża: ‘imħabba’. L-ewwel triq hija li nitgħallem tassew, u mod ta’ vera, inħobb lili nnifsi… Kompli aqra »

Ħsieb għar-Randan 2025 – Ir-Raba’ Ħadd

Waqt il-quddiesa qatt waqaft taħseb fuq is-sinifikat tat-Tieni Qari? Dan ir-Randan, l-Arċisqof Charles Scicluna se jispjega fi ftit minuti t-Tieni Qari li se jinqara fil-Ħdud tar-Randan, u joffri punti ta’ riflessjoni għal matul dan il-vjaġġ spiritwali.

It-Tieni Qari għar-Raba’ Ħadd: 2 Kor 5:17-21

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin

Meta wieħed jingħaqad ma’ Kristu, isir ħolqien ġdid; il-qadim għadda u daħal il-ġdid… Kompli aqra »

Il-paċenzja hi opportunità tad-deheb biex nimmaturaw – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tielet Ħadd tar-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Tarxien

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-Evanġelju ta’ San Luqa, tagħtina ftit il-mod kif Ġesù jaħseb fuq dak li qed jiġri madwaru. Huwa jirreferi għaż-żewġ traġedji ta’ żmienu: vendikazzjoni vjolenti ta’ Pilatu, li meta xi nies mill-Galilija għamlu rvell, jordna l-qtil tagħhom bi vjolenza kbira. Ġesù juża din l-espressjoni qawwija: “ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom” (Lq 13:1). X’aktarx, qabduhom u qatluhom waqt li kienu qed joffru sagrifiċċju lil Alla; x’aktarx dawn kienu mis-setta taz-Zeloti, setta li kienet tirvella kontra l-ħakma Rumana… Kompli aqra »

Ħsieb għar-Randan 2025 – It-Tielet Ħadd

Waqt il-quddiesa qatt waqaft taħseb fuq is-sinifikat tat-Tieni Qari? Dan ir-Randan, l-Arċisqof Charles Scicluna se jispjega fi ftit minuti t-Tieni Qari li se jinqara fil-Ħdud tar-Randan, u joffri punti ta’ riflessjoni għal matul dan il-vjaġġ spiritwali.

It-Tieni Qari għat-Tielet Ħadd: 1 Kor 10:1-6,10-12

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin

Għax ma rridkomx ma tkunux tafu, l-aħwa: missirijietna lkoll kienu taħt is-sħaba, ilkoll qasmu l-baħar, ilkoll kienu mgħammda f’Mosè fis-sħaba u fil-baħar, ilkoll kielu mill-istess ikel spiritwali – xorbu tassew mill-blata spiritwali li kienet timxi magħhom, u din il-blata kienet Kristu – madankollu l-biċċa l-kbira minnhom lil Alla ma għoġbuhx għax ilkoll waqgħu mejta fid-deżert… Kompli aqra »

Kienet faċli tħobb lil Patri Pawl għax hu kien imħabba – L-Arċisqof

Quddiesa b’suffraġju għall‑Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P.

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Imqar jekk nimxi f’wied mudlam, ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi. Il-ħatar tiegħek u l-għasluġ tiegħek, huma jwensuni” (Salm 23:4). Dan il-kliem tas-salm li llum kantajna f’din il-quddiesa solenni, joqgħod tajjeb ħafna fuq fomm l-għażiż Arċisqof Pawlu Cremona.

Il-Mulej sejjaħlu biex jgħaddi minn wied mudlam tal-mewt imma hu ma jibżax mill-ħsara għax il-Mulej miegħu. Il-ħatar tal-Mulej, l-għasluġ tal-Mulej, iwensuh… Kompli aqra »

Filmat: “Fih rajna eżempju sabiħ tar-Ragħaj it-Tajjeb” – L-Arċisqof dwar Mons. Cremona

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huwa dover ta’ mħabba, li aħna nsellmu l-memorja għażiża ta’ Monsinjur Pawl Cremona, fil-jum li smajna bl-aħbar tal-mewt tiegħu.

Mons. Cremona miet propju ftit qabel bdiet il-festa solenni ta’ San Ġużepp. Konna diġà bdejna bl-ewwel għasar ta’ din il-festa. Il-liturġija ta’ San Ġużepp tfakkarna fil-qaddej fidil u għaqli, li l-Mulej tah missjoni – fdalu l-messaġġ ta’ salvezza, ta’ ħelsien, ta’ salvazzjoni… Kompli aqra »

Meta nħossuna abbandunati nħarsu lejn id-dija ta’ Ġesù – L-Arċisqof lill-ħabsin

Quddiesa fil-Ġublew tal-Ħabsin u fit-Tieni Ħadd tar Randan

  Il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, Raħal Ġdid

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-aħwa f’din il-mixja tar-Randan, din il-Kelma hi kelma tad-dawl u kelma ta’ tama. Ġesù qiegħed fi triqtu lejn il-ġudizzju, il-kundanna, u l-mewt. Hu bniedem innoċenti. U ta’ bniedem li kien jagħraf is-sitwazzjoni x’inhi, u jagħraf il-qalb tal-bniedem, kien jaf li sħabu se jitfixklu. U jurihom tassew min Hu. Id-dinja se tikkundannah, id-dinja se ssawtu, tinkurunah bix-xewk, issallbu; imma dan hu li Hu? … Kompli aqra »

Irridu nagħtu kont ta’ kif nitkellmu fuq xulxin – L-Arċisqof

  Il-Knisja Konventwali ta’ San Franġisk, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-aħwa, kull nhar ta’ Ġimgħa fir-Randan il-Vanġelu jinstigana biex insumu, imma jkollkom tistaqsuni: fil-Vanġelu li għadna kemm smajna, fuq liema sawm qiegħed jitkellem?

Ħafna drabi l-ġimgħat tar-Randan nassoċjawhom mad-drawwa li ma niklux laħam, jew li nippruvaw nieklu inqas mis-soltu; imma dan huwa sawm li jmiss il-ġisem.

Il-Mulej illum qed iħares lejn tip ieħor ta’ sawm: sawm minn imġiba li ħafna drabi tesprimi ruħha fir-rabja, fil-vjolenza… Kompli aqra »

Ħsieb għar-Randan 2025 – It-Tieni Ħadd

https://www.youtube.com/watch?v=UvUKMroxLq8

Waqt il-quddiesa qatt waqaft taħseb fuq is-sinifikat tat-Tieni Qari? Dan ir-Randan, l-Arċisqof Charles Scicluna se jispjega fi ftit minuti t-Tieni Qari li se jinqara fil-Ħdud tar-Randan, u joffri punti ta’ riflessjoni għal matul dan il-vjaġġ spiritwali.

It-Tieni Qari għat-Tieni Ħadd: Filippin 3:17–4:1

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Filippin

L-aħwa, ixbhu lili, u ħarsu lejn dawk li jimxu skont l-eżempju li rajtu fina.Għaliex hawn ħafna – dan għedthulkom bosta drabi, imma issa ntennihulkom bid-dmugħ f’għajnejja – hawn ħafna li jġibu ruħhom bħal għedewwa tas-salib ta’ Kristu… Kompli aqra »

Li tgħix ħajja ta’ ġustizzja hu s-sawm veru li jitlob Alla minna – L-Arċisqof

Quddiesa waqt l-irtir tar-Randan għall-impjegati tal-Kurja

  Il-Kappella ta’ Mount St Joseph, il-Mosta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif tista’ tagħti qima lix-xbieha tal-injam jew il-kartapesta, u x-xbieha ta’ Alla ħaj, li hi ta’ ħuk jew oħtok, tikkalpestaha? Ma tagħmilx sens! Din hi l-konverżjoni li nitlob.

Il-Kelma t’Alla llum tkellimna fuq is-sawm, u fl-ewwel qari l-profeta jgħallimna li s-sawm qabelxejn huwa atteġġjament, mhux kwistjoni ta’ x’nagħmel għal wiċċ in-nies. Talba li smajnieha wkoll meta Ġesù jitkellem fuq is-sawm fil-qari ta’ nhar l-Erbgħa tal-irmied: Meta ssum issumx għal wiċċ in-nies, is-sawm tiegħek jarah Alla… Kompli aqra »