“X’qegħdin nagħmlu bil-poter li ksibna?” – Il-mistoqsija tal‑Arċisqof fis-Sette Giugno
07/06/2022 Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-FurjanaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
Ħafna drabi nistaqsu għaliex Ġesù juża x-xbihat tal-melħ u tad-dawl biex jgħidilna min aħna. Donnu jrid jispjegalna li fil-ħajja tagħna rridu nħarsu lejn dawn ix-xbihat. Il-melħ huwa dak li jagħti t-togħma allura nitolbu li bix-xhieda tagħna, b’ħajjitna, bi kliemna u b’imġibitna nħallu togħma tajba.
Kultant nfakkru ’l xi ħadd li ħalliena u fi kliemna nirrealizaw kemm din il-persuna ħalliet togħma tajba… Kompli aqra »
