Il-Kelma tal-Arċisqof

Nerfa’ qalbi lejn il-Mulej għaliex hu qiegħed miegħi bid-divinità, bil-qawwa u bl-imħabba – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Ewwel Qari li qrajna llum jagħtina r-rakkont skont il-kitba ta’ San Luqa. San Luqa kiteb Evanġelju u l-Atti tal-Appostli. Nistgħu ngħidu li dawn huma żewġ volumi li għandhom propju narrattiva li tkompli.

L-Evanġelju ta’ San Luqa jagħtina, kif jgħid hu stess, jgħid l-awtur stess, ir-rakkont ta’ dak li għamel u qal Ġesù, imbagħad l-Atti tal-Appostli, it-tieni volum ta’ din il-kitba ta’ San Luqa, tagħti r-rakkont tal-preżenza tal-Mulej fil-Knisja tiegħu… Kompli aqra »

Rita, magħżula mill-Mulej biex tkun xbieha tat-tbatija tiegħu – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Rita kellha ħajja iebsa. Nistgħu ngħidu li l-imħabba tagħha miċ-ċokon u b’mod speċjali meta kienet għarusa u omm irżina kienet imdawra b’ħafna vjolenza. L-imħabba tagħha kienet bħal warda mdawra b’ħafna xewk.

L-ikonografija jew ix-xbihat li għandna ta’ Santa Rita jfakkruna li l-Mulej fiċ-ċirkustanzi ta’ ħajjitha għażilha biex tkun xebh tat-tbatija tiegħu. Imma wkoll li bl-imħabba tagħha tegħleb it-tbatija u tittrasformaha… Kompli aqra »

Meta n-niket jinbidel f’hena – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Dan id-diskors ta’ Ġesù u dan id-djalogu mad-dixxipli tiegħu jsir f’Ħamis ix-Xirka, lejlet il-passjoni u l-mewt tiegħu, ftit sigħat qabel jiġi arrestat u jibda jiġi ttorturat. F’dan id-diskors Ġesù jitkellem fuq żewġ livelli. L-ewwel jitkellem fuq dawn is-sigħat li ġejjin fuqu u li matulhom jittieħed mid-dixxipli tiegħu u ma jibqgħux jarawh iżjed għaliex jindifen fil-qabar. Imma jitkellem ukoll fuq il-mument meta wara ftit jerġgħu jarawh (ara Ġw 16:16)… Kompli aqra »

Ġesù preżenti magħna permezz tal-Ispirtu s-Santu – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Din is-silta mill-kapitlu 16 ta’ San Ġwann tibda tippreparana bil-mod il-mod għat-tluq ta’ Ġesù minn din id-dinja fil-misteru tal-passjoni u l-mewt tiegħu, tal-qawmien tiegħu mill-imwiet, tat-tlugħ is-sema tiegħu.

“Jaqblilkom li jiena mmur” (Ġw 16:7). Dan huwa kliem li għall-qalb tal-bniedem huwa diffiċli għax meta aħna ngħożżu lil xi ħadd, l-aħħar ħaġa li tiġi f’moħħna hija li ninfirdu minnu… Kompli aqra »

Il-ħbiberija vera msejsa fuq l-imħabba – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Wieħed jifhem għaliex il-Knisja fil-festa tal-lum, il-festa ta’ San Mattija tagħżel din is-silta sabiħa ħafna mill-kapitlu 15 tal-Evanġelju skont San Ġwann anke għaliex fil-versett tal-hallelujah, qabel propju din is-silta, il-Knisja tirrepeti vers li japplika ħafna għall-każ u l-missjoni ta’ Mattija. “Jiena għażiltkom u ħtartkom” (Ġw 15:16). Ġesù anzi jinsisti li mhux aħna għażilna lilu imma hu għażel lilna.

U meta d-dixxipli, anzi l-appostli għandhom bżonn jagħżlu ’l xi ħadd minflok Ġuda l-Iskarjota, it-traditur, biex il-Kulleġġ tal-Appostli jibqa’ bin-numru 12 li kien l-ewwel nett in-numru li għażel Ġesù u fl-istess ħin kien ukoll is-sinjal tal-poplu ta’ Alla mġedded u ġdid, iqiegħdu quddiem il-providenza, quddiem ir-rieda ta’ Alla l-għażla bejn żewġ persuni li kienu t-tnejn adatti… Kompli aqra »

Is-sliem: l-ikbar rigal li jagħtina Ġesù – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Din is-silta mill-kapitlu 14 ta’ San Ġwann, hija meħuda mid-diskors ta’ Ġesù fl-aħħar ikla mad-dixxipli tiegħu. Ftit sigħat wara dan id-diskors Ġesù jiġi arrestat u tibda t-tortura ħarxa tiegħu, il-passjoni tiegħu u l-mewt fuq is-salib.

Imma f’dan il-kuntest Ġesù jitkellem dwar is-sliem, il-paċi tal-qalb. “Jiena nħallilkom is-sliem, nagħtikom is-sliem tiegħi” (Ġw 14:27). Dawn huma kliem li aħna nfakkru f’kull quddiesa qabel is-saċerdot jgħidilna biex nagħtu l-paċi lil xulxin… Kompli aqra »

Il-verità li tgħallmek ommok hija verità personali u hija frott l-imħabba – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-messaġġ li bih jibda l-Evanġelju tal-lum il-Mulej Ġesù, huwa messaġġ attwali ħafna u neċessarju: “Tħallux qalbkom titħawwad” (Ġw 14:1).

Huwa messaġġ li jrid jagħmlilna kuraġġ. Ġesù qal dan il-kliem f’Ħamis ix-Xirka filgħaxija qabel ma beda l-passjoni tiegħu, qabel ma għadda mit-turufnament tal-għaraq tad-demm fl-Ort tal-Ġetsemani. Qalbu wkoll kienet tħawdet huwa u jirrifletti u jgħix it-tradiment ta’ Ġuda u ċ-ċaħda ta’ Pietru imma lilna jkompli jagħmlilna kuraġġ: “Tħallux qalbkom titħawwad”… Kompli aqra »

San Ġorġ Preca kien jinsisti li neħtieġu nitgħallmu naħfru lil xulxin – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għalina l-Maltin u l-Għawdxin dan il-jum għażiż li jfakkarna fil-beatifikazzjoni ta’ San Ġorġ Preca bid-deċiżjoni u bil-preżenza fostna ta’ qaddis ieħor San Ġwann Pawlu II, propju fid-9 ta’ Mejju 2001 huwa jum għażiż. Dakinhar kien ukoll il-jum tal-beatifikazzjoni tal-Beatu Nazju Falzon u tal-Beata Adeodata Pisani.

Filgħaxija ta’ dak il-jum San Ġwann Pawlu II daħal f’din il-kappella bħala l-ewwel pellegrin jinvista l-fdalijiet għeżież ta’ San Ġorġ Preca li mbagħad kellu jkun ikkanonnizzat mis-suċċessur ta’ San Ġwann Pawlu II: Benedittu XVI fit-3 ta’ Ġunju 2007… Kompli aqra »

Il-kapaċità u l-għożża tal-Verġni Marija li żżomm f’qalbha l-Kelma tal-Mulej – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-Kelma ta’ Alla f’din il-festa għażiża għalina l-Maltin, il-festa tal-Madonna ta’ Pompej, tinsisti fuq il-kapaċità u l-għożża tal-Verġni Marija li żżomm fil-qalb tagħha l-Kelma tal-Mulej u taħseb fuqha bejnha u bejn ruħha.

Is-silta tal-Evanġelju li għadna kemm smajna propju tikkonkludi b’din l-osservazzjoni li jagħtina l-Evanġelista Luqa: “Marija, min-naħa tagħha baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha” (Lq 2:19)… Kompli aqra »

L-hena tagħna tkun li nifhmu li rridu nimxu fuq il-passi tal-Imgħallem – L-Arċisqof

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif innutajtu l-Evanġelji li l-Knisja tagħżel fir-Raba’ Ġimgħa tal-Għid jagħtuna dejjem ħjiel ta’ riflessjoni fuq ir-ragħaj fil-Knisja ta’ Ġesù, il-leadership.

Illum il-Knisja tagħtina diversi elementi wħud ta’ dawl, oħrajn ta’ inqas dawl jew ta’ dlam. U ta’ min wieħed joffri riflessjoni qasira fuq dawn l-elementi. L-għażla tal-Evanġelju tal-lum torbot fuq l-aħħar kelmiet ta’ Ġesù anke għaliex hu jinsisti fuq dak li qed jgħid billi jintroduċi l-kliem tiegħu bil-frażi: “Tassew, tassew ngħidilkom” (Ġw 13:16)… Kompli aqra »