Il-Kelma tal-Arċisqof

“Għandkom bżonn tinvestigaw biex aħna nkunu tassew protetti” – L-Arċisqof lill-ħaddiema tal-Allied Group

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Allied Newspapers Ltd, l-Imrieħel

    3 ta’ Novembru 2017

    Ġesù jeħodha ftit mal-kapijiet tal-Fariżej biex jagħmel punt essenzjali li nħoss huwa importanti wkoll li nibqgħu niftakruh tul ħajjitna kollha.

    Meta jara l-ħtieġa li jfejjaq, il-Mulej mhuwiex marbut mal-ebda liġi, ħlief l-istint qawwi tal-imħabba. “Min minnkom se jaqgħalu ibnu jew barri f’ġiebja u għax ikun is-Sibt”, meta mhux suppost tagħmel xogħol li jġib ħafna sforz, għax ikun is-Sibt, “ma jmurx malajr itellgħu minn hemm?” (Lq 14, 8)…

  • Kompli aqra »

“Ħares Mulej lil din l‑art ħelwa. ‘Ħares, Mulej, kif dejjem int ħarist'” – L-Arċisqof fil-Quddiesa tal-funeral ta’ Daphne Caruana Galizia

L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna waqt il-Quddiesa tal-funeral fil-Knisja Arċipretali tal-Mosta

  • “F’Alla biss il‑mistrieħ ta’ ruħi.” Dawn il‑kliem mis‑Salm 62 jesprimu l‑fidi tal‑Knisja u tan‑Nisrani quddiem il‑misteru tremend tal‑mewt. Il‑preżenza tagħna hawnhekk illum hija espressjoni tal‑istess fidi. “Nemmen fil‑qawma mill‑imwiet, fil‑ħajja ta’ dejjem. Ammen.”

    Inġbarna llum biex noffru s‑sagrifiċċju tal‑Quddiesa b’suffraġju ta’ Daphne Caruana Galizia. Il‑talb tal‑Knisja huwa mwieżen minn realiżmu kbir dwar il‑kundizzjoni umana. Kull wieħed u waħda minna jersaq kuljum lejn il‑mewt ta’ bniedem li hu, bil‑preġji u d‑difetti tiegħu…

  • Kompli aqra »

“Nitolbu li l-għeżież mejtin jaraw lil Alla b’ħabib tagħhom” – L-Arċisqof fis-Solennità tal-Mejtin kollha

Quddiesa fil-Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata

  •   
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid

    2 ta’ Novembru 2017

    Fis-silta mill-Evanġelju ta’ San Ġwann li għadna kemm smajna, Ġesù jinsisti dwar ir-rieda ta’ Missieru: “Din hi tabilħaqq ir-rieda ta’ Missieri: li kull min jara lill-Iben u jemmen fih, ikollu l-ħajja ta’ dejjem u jiena nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum.” (Ġw 6:40)

    Meta aħna niftakru fl-għeżież mejtin tagħna, niftakru wkoll f’espressjoni mit-talb tal-Knisja, niftakru f’dawk li telqu qabilna bis-sinjal tal-fidi…

  • Kompli aqra »

“Nistgħu nduqu l-ġenna minn issa meta nitgħallmu fl-iskola tal-umiltà u tal-qaddisin” – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Festa Solenni tal-Qaddisin kollha

  •  
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann

    1 ta’ Novembru 2017

    “Dan huwa n-nisel ta’ dawk li jfittxu l-wiċċek, Mulej.” (S 23, 6) F’din l-espressjoni mis-Salm 23 hemm miġbura l-qalba tal-qdusija, hija l-hena li jsemmi Ġesù “ta’ min hu fqir fl-ispirtu” (Mt 5, 3), ta’ min jirrealizza f’ħajtu l-bżonn radikali ta’ Alla…

  • Kompli aqra »

Kunu strument ta’ ġustizzja mingħajr ma tħarsu lejn l-uċuħ u mingħajr biża’ – L-Arċisqof lill-Forzi Armati ta’ Malta

Quddiesa f'Jum il-Forzi Armati ta' Malta

  •  
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann

    25 ta’ Ottubru 2017

    L-Ewwel Qari li smajna llum mill-ewwel ktieb ta’ Samwel (1 Sam 17, 1-10), jiddeskrivi l-preparamenti ta’ wieħed mill-iskontri l-iżjed famużi fit-Testment l-Antik: it-taqtigħa bejn Gulija, dan il-Filistin qawwi, twil u armat tajjeb, u David, li joħroġ f’isem Iżrael jirrispondi għall-arroganza ta’ Gulija u għall-prepotenza tiegħu bi żbandola b’ħames ċagħkiet…

  • Kompli aqra »

“Ejjew ma nibżgħux imma nibżgħu għal xulxin” – L-Arċisqof f’għeluq il-ġimgħa mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Quddiesa fil-Knisja tal-Bidnija b'sufraġju għal ruħ Daphne Caruana Galizia

  •  
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja tal-Familja Mqaddsa, il-Bidnija

    23 ta’ Ottubru 2017

    “Xejn la tibżgħu” (Lq 12, 7), do not be afraid, non avere paura. Dan huwa l-messaġġ ta’ Ġesù li jien nixtieq ngħaddi bħala r-ragħaj spiritwali ta’ Malta lill-poplu Malti kollu: “La tibżgħux”…

  • Kompli aqra »

Inqumu kontra l-biża’

Artiklu mill-Arċisqof Charles J. Scicluna ppublikat f'The Malta Independent on Sunday

  • In these past days we have all been shaken by the barbaric killing of Daphne Caruana Galizia. I forcefully condemn the murder of a human being, whoever it might be, or whatever one thinks of him or her. God forbid that we resort to murder when we do not share the same opinion. I also condemn whoever commissioned and carried out this obscene act, whoever it is, wherever he or she may be…

  • Kompli aqra »

“Għallmu t-talba tar-Rużarju lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna” – L-Arċisqof lill-familji, il-katekisti u s-saċerdoti

Pellegrinaġġ u Quddiesa fl-okkażjoni tal-100 sena mid-dehriet tal-Madonna ta' Fatima

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali Madonna ta’ Fatima, Gwardamanġa

    15 ta’ Ottubru 2017

    L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom tas-sehem tagħkom f’dan il-pellegrinaġġ bl-istatwa għażiża u devota tal-Madonna ta’ Fatima, imbierka mill-qaddej ta’ Alla, il-Papa Piju XII. Din l-istatwa tal-Madonna li ilha fostna għal ħafna snin, hija xhieda tad-devozzjoni tal-poplu Malti lejn Omm Ġesù, lejn Marija ta’ Nazaret u fl-istess ħin hija wkoll sinjal tal-imħabba tas-suċċessur ta’ Pietru, tal-Q.T…

  • Kompli aqra »

Stqarrija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia

  • Nikkundanna bl-iżjed mod qawwi l-qtil faħxi ta’ Daphne Caruana Galizia. It-telfa ta’ din il-ġurnalista kuraġġuża timliena bi swied il-qalb u bid-determinazzjoni li niddefendu d-demokrazija sal-aħħar.

    Dan mhux il-mument li noqogħdu nagħmlu gwerer bejnietna u nwaħħlu f’xulxin. Bħala poplu rridu nqumu, niddefendu d-dinjità ta’ kull wieħed, naqtgħu t-tgħajjir żejjed ta’ bejnietna u niddefendu l-valur kbir tad-demokrazija billi mill-kliem ngħaddu għall-fatti.

    Nitlob għal ruħ din il-vittma u għall-qraba tagħha…

  • Kompli aqra »

L-omelija tal-Arċisqof f’Minsk, il-Belarussja

L-omelija tal-Ħadd fi knisja parrokkjali f'Minsk, f'għeluq l-Assemblea Plenarja tas-CCEE.

  • Minsk, Bielorussia

    1 d’Ottobre 2017

    La domanda che il Signore Gesù rivolge ai suoi contemporanei è rivolta anche a noi, in questa domenica del tempo ordinario: “Chi dei due fratelli ha compiuto la volontà del padre?” I suoi contemporanei, gli Scribi e i Farisei, hanno risposto ‘il primo’, cioè quello che di fatto è andato a lavorare nella vigna del padre…

  • Kompli aqra »