“Min irid ikun qaddej tal-poplu jrid ikun ukoll qaddej umli” – L-Arċisqof
Quddiesa fuq l-artal ta’ San Carlo Borromeo, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann
08/11/2017- L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
-
Konkatidral ta’ San Ġwann
4 ta’ Novembru 2017
L-Evanġelju jgħid li l-Mulej Ġesù jinduna li qed jinnutawh “għajnejhom fuqu” (Lq 14, 1). Ovvjament kienu għajnejhom fuqu biex isibu biex jixluħ u biex ifixkluh. Imma anke hu kien qed jinnota x’kien qed jiġri u nnota li dawn l-imberkin kapijiet kienu qed jippruvaw jieħdu l-aħjar post (ara v.7) u, bħal missier ta’ mħabba kbira, jagħtihom lezzjoni…