Il-Kelma tal-Arċisqof

“Laqqa’ lil din il-komunità ma’ leħen il-Maħbub” – L-Arċisqof lill-kappillan il-ġdid tal-Ibraġ

Quddiesa tal-pussess ta' Dun Blake Camilleri bħala l-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tal-Madonna Immakulata Kunċizzjoni, l-Ibraġ

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni, l-Ibraġ

    23 ta’ Settembru 2017

    “Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu li mliena b’kull xorta ta’ barka spiritwali fis-smewwiet fi Kristu” (Efes 1, 3). L-awgurju tiegħi lilek, għażiż Fr Blake Camilleri, għażiż kappillan, hija li meta jiltaqgħu miegħek in-nies ta’ din il-parroċċa għażiża, kull meta tħabbat il-bieb ta’ darhom jew inkella ċċempel f’xi kanċell bil-kelb jinbaħ, huma jgħidu, “Il-Mulej imliena bil-barka”…

  • Kompli aqra »

“Ħudu ħsieb li din il-knisja tibqa’ d-dar tax-Xlukkajri” – L-Arċisqof f’Marsaxlokk

Quddiesa fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-Knisja tal-Madonna ta' Pompej f'Marsaxlokk

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Pompej, Marsaxlokk

    17 ta’ Settembru 2017

    “Intom il-bini ta’ Alla” (1 Kor 3, 9). Is-silta mill-appostlu Missierna San Pawl, li qrajna fit-Tieni Qari, tiftaħ din ir-riflessjoni: “Intom il-bini ta’ Alla”. Imbagħad ifisser lilu nnifsu bħala dak li poġġa l-pedamenti, ħaddieħor bena fuq dak li għamel hu (v…

  • Kompli aqra »

“Min hu Ġesù għalik?” – L-Arċisqof jistaqsi lill-adolexxenti li għamlu l-Griżma f’Marsaxlokk

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali tal-Madonna ta’ Pompej, Marsaxlokk

    16 ta’ Settembru 2017

    Ħsieb qasir biex tibqgħu tiftakruh, għax intom grupp għażiż u membri ta’ din il-parroċċa, li qed tagħmlu l-Griżma f’okkażjoni speċjali. Nispera li tafu li qed niċċelebraw il-50 anniversarju minn meta din il-knisja, dan it-tempju, dan is-santwarju, ġie kkonsagrat lil Alla…

  • Kompli aqra »

Nippromwovu l-Ġid Komuni – L-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza 2017

Quddiesa Pontifikali f'Jum l-Indipendenza, fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta.

  •  Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    21 ta’ Settembru 2017

    Għal San Tumas ta’ Akwinu, li għex fis‑seklu tlettax, il‑liġi hija “il‑ħakma tar‑raġuni biex jintlaħaq il‑ġid komuni” (ordinatio rationis ad bonum commune). Din il‑ħakma tar‑raġuni hija l‑essenza tal‑ġustizzja, dik il‑virtù kardinali li tnissel u trawwem relazzjoniet fis‑soċjetà skont kriterju ġust u ekwu…

  • Kompli aqra »

Importanti naħdmu għall-għaqda ta’ bejnietna – L-Arċisqof fil-festa ta’ San Bert

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali San Bert, Ħal Għargħur

    22 ta’ Awwissu 2017

    Illum qegħdin niċċelebraw it-tifkira jew il-festa ta’ Marija Sultana u lill-kappillan tlabtu li naqraw l-Evanġelju tat-tieġ ta’ Kana għaliex immedjatament qabel dan ir-rakkont li għadna kemm smajna u li jagħtina ħjiel ta’ kemm il-Madonna tieħu ħsiebna, għax hi, malli ndunat li ma kienx hemm inbid, inkwetat daqskemm inkwetaw l-għarajjes u qaltlu: “Ma baqgħalhomx inbid”, u Ġesù qalilha: “Aħna x’għandna x’naqsmu, mara?”…

  • Kompli aqra »

“F’Tas-Sliema hawn faqar ġdid: il-faqar ta’ min jiftaħ it-tieqa u quddiemu jara biss konkos u siment” – L-Arċisqof

Quddiesa tal-pussess ta' Patri Paul Attard bħala l-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tas-Sacro Cuor, f'Tas-Sliema

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja tal-Madonna tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema

    3 ta’ Settembru 2017

    “Nitlobkom ħuti, għall-ħniena ta’Alla, offru ġisimkom b’sagrifiċċju ħaj, qaddis, jogħġob lil Alla, jiġifieri l-qima spiritwali tagħkom” (Rum 12, 1).

    Għażiż Fr Paul Attard, inti u tibda l-missjoni tiegħek ta’ kappillan f’din il-parroċċa ddedikata lil Sidtna Marija tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, nawguralek li toffri ħajtek, mhux biss ġismek imma wkoll ruħek u qalbek b’sagrifiċċju ħaj, qaddis li jogħġob lil Alla, li toffri ħajtek għal dan il-poplu…

  • Kompli aqra »

Hu privileġġ li toffru kenn lill-istudenti – L-Arċisqof lill-għalliema tal-iskejjel tal-Knisja

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jiltaqa' mal-għalliema, l-LSAs u l-KGAs il-ġodda li se jibdew jgħallmu fl-iskejjel tal-Knisja

  •  
    Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna lill-għalliema
  • 18 ta’ Settembru 2017

    Nixtieq nagħtikom kelma ta’ inkoraġġiment u ta’ gratitudni mhux biss lill-ġodda imma anke lill-Head of Department li ilu jaħdem f’dan is-settur. Nieħu l-opportunità, anke bħalma nagħmel kull sena, li nirringrazzja anke lis-staff tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija.

    Dis-sena xtaqt li l-ewwel nett, lill-ġodda, nitlobkom biex fl-iskejjel fejn tkunu tidħlu fl-ethos tal-iskola…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-Maltin f’Sutton, Londra

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Appartamenti ta’ Puttinu Cares f’Sutton, Londra

    10 ta’ Settembru 2017

    “Fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi, hemm inkun jien f’nofshom” (Mt 18, 20). Ħa nibdew minn din l-aħħar kelma ta’ Ġesù fl-Evanġelju tal-lum, meħud mill-Evanġelju ta’ San Mattew kapitlu 18.

    Aħna miġbura f’isem Ġesù…

  • Kompli aqra »

“Il-preżenza Agostinjana hija l-ħmira li fis-soċjetà Maltija tagħmel ħafna frott mingħajr ħafna storbju” – L-Arċisqof lill-patrijiet Agostinjani

Quddiesa ta' ringrazzjament f'għeluq il-200 sena mit-twaqqif tal-Provinċja Agostinjana f’Malta


  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta

     14 ta’ Settembru 2017

    “Tinsewx l-għemejjel kbar ta’ Alla” (S 77, 7). Hekk kantajna fis-Salm Responsorjali li huwa parti mil-Liturġija tal-kelma f’din il-festa għażiża tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes, “tinsewx l-għemejjel kbar ta’ Alla”.

    Il-Provinċjal, Fr Ray Francalanza, lejn it-tmiem tal-introduzzjoni tiegħu, tkellem dwar id-dilemma li kellu u li kellha l-Provinċja Agostinjana dwar jekk għandhiex tiċċelebra dan il-200 anniversarju mit-twaqqif tagħha…

  • Kompli aqra »

Tibżgħux tkunu dak li intom – L-Arċisqof lill-iskejjel tal-Knisja

L-Arċisqof jiltaqa' mal-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja

  • Waqt laqgħa mal-kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja, l-Arċisqof Charles J. Scicluna rringrazzjahom tad-dedikazzjoni tagħhom u ħeġġiġhom biex minkejja d-diffikultajiet kollha, ma jaqtgħux qalbhom u jkomplu bil-missjoni Nisranija li huma msejħa għaliha.

    Waqt il-laqgħa, l-Arċisqof bierek lil dawn il-kapijiet il-ġodda: Melanie Ungaro, Kap tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ St Jeanne Antide, Elaine Siegler, Kap tal-iskola primarja tal-Kulleġġ tal-Qalb Mqaddsa, Fr Jeremy Vella sdb, Kap tal-Kulleġġ ta’ San Domenico Savio u lil Edwin Ungaro, Kap tal-iskola sekondarja tal-Kulleġġ San Alwiġi…

  • Kompli aqra »