Il-Kelma tal-Arċisqof

Opportunità biex nġeddu l-fiduċja fil-Proġett Ewropew

L-Arċisqof jippreżenta lill-Gvern ta' Malta rapport tal-Knisja fuq il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE

  • Click here to download the Reflections of the Church in Malta for Malta’s Presidency of the Council of the EU.

    “Malta’s Presidency of the Council of the European Union offers our nation the opportunity to give a strong impetus to revitalizing faith in the European project. We augur that Malta will continue to consolidate and implement the values of human dignity, democracy, human rights, justice, solidarity and the rule of law cherished by the founding fathers of the European Union, in the areas of the six priorities adopted for its Presidency: migration, security, the single market, social inclusion, neighbourhood policy and the maritime sector.”

    This was the message conveyed by the Archbishop of Malta, Mgr Charles J…

  • Kompli aqra »

“Għasses fuqek innifsek u ħalli l-poplu jgħasses fuqek” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-pussess tal-Kappillan tal-Parroċċa tal-Fgura

  • Nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-pussess ta’ Patri Raymond Calleja OC, bħala Kappillan tal-Parroċċa tal-Fgura.    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Parroċċa tal-Fgura
    23 ta’ Diċembru 2016

    “O Għimmanu-El, sultan li tajtna liġi, ejja u salvana Mulej Alla tagħna”. Din l-antifona hija propju ta’ dan il-jum, tat-23 ta’ Diċembru, u ngħiduha kull sena f’dan il-jum biex infakkru li tassew qorob il-jum tat-twelid tal-Mulej…

  • Kompli aqra »

“Wisdom of ‘The Samuel Perspective’” – Artiklu mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

Artiklu ppublikat fuq is-Sunday Times of Malta fl-1 ta' Jannar 2017

  • On Boxing Day, I was privileged to be introduced to Samuel, the young ‘star’ of L-Istrina 2016. At age 11 going on 12, he has lost his eyesight to cancer but, this notwithstanding, demonstrates and exudes a positive outlook on life which is as deep as it is disarming to us adults.

    I would call it ‘The Samuel Perspective’: that resilience rooted in hope and joy in life whatever the adverse circumstances, whatever the failures, whatever the downside of things this side of heaven…

  • Kompli aqra »

“Dan il-post huwa monument tal-kultura tal-ħajja” – L-Arċisqof fid-Dar tal-Providenza

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Jum il‑Paċi u l-festa fis-Solennità ta' Marija Omm Alla

  • Il‑Ħadd l‑1 ta’ Jannar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa ta’ Jum il‑Paċi u fil-Festa Solenni ta’ Marija, Omm Alla, fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi.

    Agħfas hawn biex tara r-ritratti kollha taċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube  
    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Dar tal-Providenza, Siġġiewi
    L-1 ta’ Jannar 2017

    Il-Madonna, ma naħsibx li kienet qed tistenna li ftit wara li jitwieled Ġesù jkollha l-ewwel żjara ta’ xi mistednin…

  • Kompli aqra »

“Aħna l-Insara rridu nirrispondu għall-kalunnja, għat-tajn u għall-insulti bin-non-vjolenza” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta' Radd il‑Ħajr fi tmiem is‑sena 2016

  • Is‑Sibt 31 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr fi tmiem is‑sena, bil‑kant tat‑Te Deum, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. 

    Agħfas hawn biex tara r-ritratti kollha taċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

      Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
      Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta
    31 ta’ Diċembru 2016

    “Intom ulied, Alla bagħat l-Ispirtu t’Alla f’qalbna jgħajjat: ‘Abba, Missier’” (Gal 4, 6)…

  • Kompli aqra »

“Il-ġid huwa għalina okkażjoni biex inkunu iżjed ġenerużi” – L-Arċisqof waqt l-iskambju tal-awguri mal-pubbliku

  • Il‑Ġimgħa 30 ta’ Diċembru 2016, l‑Arċisqof Charles J. Scicluna, l‑Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona u l-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi laqgħu lill-pubbliku għall-bdil tal‑awguri tal‑istaġun, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il-Furjana. 

    Agħfas hawn biex tara r-ritratti kollha tal-attivita’.

    Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Nirringrazzja lil kulħadd tal-preżenza sabiħa tagħkom dalgħodu, f’dan il-jum ta’ kesħa xitwija xxoqq il-għadam…

  • Kompli aqra »

Il-Milied: Ħajja, dawl, grazzja u verità – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu

  • Il‑Ħadd 25 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Stazzjonali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. 

    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Konkatidral ta’ San Ġwann
    25 ta’ Diċembru 2016

    “Lil Alla għadu ħadd ma rah, imma għarrafhulna l-Iben il-waħdieni ta’ Alla li hu fil-ħdan il-Missier” (Ġw 1, 18)…

  • Kompli aqra »

“Ejjew nitolbu biex fil-kultura tagħna jibqa’ qawwi r-rispett tat-tarbija fil-ġuf” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa ta' Nofsillejl fil-Katidral tal-Imdina

  • Is‑Sibt 24 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa t‑talba tal‑Liturġija tas‑Sigħat fil‑Quddiesa ta’ Nofsillejl, fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral tal‑Imdina. 
    Agħfas hawn biex tara r-ritratti kollha taċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Katidral ta’ l-Imdina
    24 ta’ Diċembru 2016

    Ippermettuli nikkwota l-ewwel antifona li l-Knisja għanniet il-bieraħ filgħaxija hekk u bdejna niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesù…

  • Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Milied mill-Arċisqof Charles J. Scicluna minn Pjazza San Pietru, il-Vatikan

  • Qegħdin fi Pjazza San Pietru f’dan il-lejl qaddis tal-Milied. Nixtieq inwasslilkom l-awgurju tiegħi propju minn din il-pjazza li tilqa’ eluf u eluf ta’ Kattoliċi li jiġu biex jisimgħu l-leħen tal-Papa Franġisku, is-suċċessur ta’ Pietru.

    Din is-sena għandna l-presepju li ħejja l-artist Għawdxi Manwel Grech u li r-Repubblika ta’ Malta, il-Gvern Malti, rregala lill-Papa Franġisku. Ħdejn il-presepju hemm siġra sabiħa li ġiet mill-provinċja ta’ Trento fl-Italja…

  • Kompli aqra »

“Irridu nkomplu l-missjoni ta’ Ġesù billi nkunu man-nies” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jagħti l-awguri tal-Milied lilll-impjegati tal-Kurja u r-rapprezentanti tal-entitajiet tal-Arcidjocesi ta' Malta

  • Il-Ġimgħa 23 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Emeritus Pawlu Cremona O.P. u l-Vigarju Generali Mons. Joe Galea Curmi, awguraw Milied ħieni lil impjegati tal-Kurja, tal-Caritas, tat-Tribunal Ekklezjastiku, tas-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija, tal-Kummissjonijiet u s-Segretarjati differenti, filwaqt li apprezzaw il-ħidma fejjieda li dawn iwettqu tul is-sena kollha.

    Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

    23 ta’ Diċembru 2016

    L-ewwel nett nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom…

  • Kompli aqra »