L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu, fiż-Żurrieq
24/07/2016
Il‑Ħadd 24 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tal‑Madonna tal‑Karmnu, fil‑Knisja Parrokkjali, iż‑Żurrieq. Wara l-Arċisqof iltaqa’ man-nies u żar ukoll l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, fl-istess raħal. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Knisja Parrokkjali, Iż-Żurrieq24 ta’ Lulju 2016 “Fjur tal-Karmelu, dielja bil-frott mghobbija, dija tas-sema”. Dawn il-kliem mis-sekwenza antika fit-tifkira solenni u fil-liturġija tal-Ordni tal-Karmelu, jagħtuna t-tifsira wkoll ta’ dak li l-għolja tal-Karmelu kienet fi żmien għall-poplu ta’ Alla, hi llum u nawguraw li tibqa’…
L-Arċisqof jiltaqa' mat-300 żagħżugħ u żagħżugħa mill-Mixja Neokatekumenali li ser jattendu għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2016
18/07/2016
It-Tnejn 18 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iltaqa’ mat-300 żagħżugħ u żagħżugħa mill-Mixja Neo-Katekumenali, li se jmorru għall-pellegrinaġġ tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, fi Krakovja, il-Polonja. Il-laqgħa mal-Ġemgħa saret fil-Katekumenju, il-Ħamrun. Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna Katekumenju, il-Ħamrun18 ta’ Lulju 2016 Fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù juża’ l-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb biex lil dan l-għaref fil-Liġi jgħallmu xi tfisser tkun proxxmu…
L-Arċisqof jinawgura u jbierek il-bibien ġodda fis-Santwarju Ħniena Divina, in-Naxxar
17/07/2016
Nhar il-Ħadd 17 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna inawgura u bierek il-bibien ġodda tas- Santwarju Ħniena Divina, f’San Pawl Tat-Tarġa, in-Naxxar. Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Santwarju tal-Ħniena Divina, San Pawl tat-Tarġa, in-Naxxar17 ta’ Lulju 2016 L-ewwel nett nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza numeruża tagħkom. Jiena nixtieq noffri ftit riflessjonijiet mhux biss fuq dak li qed niċċelebraw illejla imma anke fuq is-sinifikat profond tiegħu…
L-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta
16/07/2016
Nhar is-Sibt 16 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra l-Quddiesa ta’ qabel il-purcissjoni, fil- festa tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Knisja tal-Madonna tal-Karmnu, il-Belt Valletta16 ta’ Lulju 2016 F’din il-festa għażiża tal-Madonna tal-Karmnu, l-Ewwel Qari (1 Slat 18, 41-46) propju jpoġġina fuq din l-għolja straordinarjament sabiħa li filfatt hija sensiela ta’ muntanji, imma hemm għolja ħelwa li tikkonkludi dawn is-sensiela ta’ muntanji li għandhom u jġibu l-isem tal-Karmel, isem li, kif tafu, jfisser ġnien mimli fjuri, l-aħħar waħda tħares lejn il-Baħar Mediterran…
L-Arċisqof jattendi attivita' maż-żgħażagħ li se jipparteċipaw fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ fil-Polonja
15/07/2016
Il-Ġimgħa 15 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna attenda attività bi tħejjija għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, fl-Oratorju, Qalb ta’ Ġesù, il-Mosta. Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Oratorju, Qalb ta’ Ġesù, il-Mosta15 ta’ Lulju 2016 L-ewwel nett nirringrazzjakom talli ġejtu. Hawn min diġà għandu esperjenza tal-World Youth Day u hawn ukoll min sejjer l-ewwel darba…
L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna ta' Pinu, mal-Kapitlu tal-Katidral
14/07/2016
Il-Ħamis 14 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex, waqt Pellegrinaġġ f’Għawdex tal-Kapitlu tal-Katidral, fl-okkażjoni tal-Ġublew tal-Ħniena. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Santwarju Madonna Ta’ Pinu, Għawdex14 ta’ Lulju 2016 Fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù qed jitkellem fuq ‘toqol ħafif’ u ‘madmad ħelu’. Frażijiet kemmxejn paradossali. Għaliex jgħaddu ħafna mumenti fil-ħajja tagħna fejn inħossu t-toqol u nħossu wkoll il-madmad, u l-mistoqsija tiġina: imma kif jista’ jkun dan it-toqol isir ħafif u l-madmad isir ħelu? …
L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta' Jum il-Pulizija
12/07/2016
It-Tlieta 12 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta12 ta’ Lulju 2016 Għeżież membri tal-Korp tal-Pulizija, L-Evanġelju li għadna kemm smajna (Lq 10, 25-37), silta sabiħa ħafna u unika għall-Evanġelju ta’ San Luqa, joffri messaġġ attwali u urġenti, imma messaġġ ukoll sabiħ u ta’ kuraġġ għalikom…
L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mas-saċerdoti l-ġodda li ġew ordnati Presbiteri, fis-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa
09/07/2016
Is‑Sibt 9 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mas‑saċerdoti novelli, fis‑Santwarju tal‑Madonna tal‑Mellieħa. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa9 ta’ Lulju 2016 L-ewwel mument li nixtieq noffri bħala riflessjoni li tingħata minn din is-silta tal-Evanġelju hija l-fatt li Ġesù jagħmel din il-konsenja, l-ewwel nett bħala Iben, Iben ta’ Alla li jaf, għalkemm qiegħed f’baħar ta’ agunija, li l-mewt tiegħu se ċċaħħad lil Ommu, hu li kien l-uniku tifel, minn kwalunkwe sapport li seta’ kellha ’l quddiem…
L-Arċisqof jattendi għaċ-ċerimonja ta' gradwazzjoni ta' Caritas Malta f'San Blas
08/07/2016
Il-Ħamis, 8 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna attenda għal-Lejla ta’ Gradwazzjoni ta’ persuni li temmew b’suċċess programm ta’ riabilitazzjoni mill-użu ta’ droga. Din iċ-ċerimonja bit-tema ‘Ħajjin mill-Ġdid’ saret f’San Blas u ġiet organizzata mill-entità tal-Knisja ‘Caritas Malta’. Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Ċentru San Blas, Ħaż-Żebbuġ8 ta’ Lulju 2016 Jiena nixtieq nieħu l-opportunità biex nirringrazzja l-ewwel nett lil kull min ħa sehem f’dan il-programm matul din is-serata llejla, għaliex irrealizzajt li s-serata tal-lejla tat ċ-ċans u opportunità lil ħafna residenti biex anke bil-preżenza tagħkom stess – u rrid ngħidilkom kelma ta’ kuraġġ – lilna tagħtuna tama kbira…
L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-Isptar Monte Carmeli, Ħ'Attard
06/07/2016
L‑Erbgħa 6 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Madonna tal‑Karmnu, fl‑Isptar Monte Carmeli, Ħ’Attard. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
Sptar Monte Carmeli, Ħ’Attard 6 ta’ Lulju 2016 Flimkien ma’ pellegrini oħra kelli x-xorti mmur l-Art Imqaddsa. Ħadt miegħi lill-mama u ż-żewġ ħuti u kien hemm ukoll ir-raġel t’oħti u morna diversi postijiet sbieħ fosthom żorna żewġ għoljiet li ssemmew fil-Qari tal-lum…