Il-Kelma tal-Arċisqof

“Il-marċi brijjużi tagħna ma nagħmluhomx okkażjoni ta’ vizzju” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta' San Filep, Ħaż-Żebbuġ

  • Il-Ħadd 12 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali u niseġ il‑Paniġierku fil‑festa ta’ San Filippu ta’ Aġġira, fil‑Knisja Parrokkjali ta’ Ħaż-Żebbuġ. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna 
  • Knisja Parrokkjali Ħaż-Żebbuġ 12 ta’ Ġunju 2016 Illum qegħdin hawn biex nagħmlu festa solenni lil dan l-qaddis straordinarju u kbir fil-fedeltà tiegħu. Filippu huwa kbir għax għandu ismu miktub fis-smewwiet…
  • Kompli aqra »

“Ir-Reġina Eliżabetta II għexet il-vokazzjoni tagħha bħala qaddejja sovarana b’imħabba u kura għan-nazzjon tagħha” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jagħmel omelija f'Quddiesa ta' Radd il-Ħajr fil-Pro-Katidral ta' San Pawl, il-Belt Valletta

  • Il-Ħadd 12 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna attenda Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr u agħmel omelija fl-okkażjoni t’għeluq id-90 sena mit-twelid tal-Maestà Tagħha ir-Reġina Eliżabetta II. Il-Quddiesa saret fil-Pro-Katidral u Knisja Kolleġjali ta’ San Pawl, il-Belt Valletta. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna  “The king’s heart is a stream of water in the hand of the Lord; he turns it wherever he will…
  • Kompli aqra »

“Fl-Ewropa…qed noħolqu stil ġdid ta’ Apartheid” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jindirizza Symposium dwar 'Il-Ħniena u l-Immigranti'

  • It-Tnejn 6 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ndirizza s-Symposium ‘Mercy towards Immigrants: Theology and Society in Dialogue’, f’Villa Francia, Ħal Lija. L-Arċisqof saħaq li bil-ħitan li qed jittellgħu fl-Ewropa qed jinħoloq stil ġdid ta’ apartheid. Mal-kliem tal-Papa, l-Arċisqof qal li wieħed għandu jerġa lura mill-idea li wieħed għandu jibni l-ħitan biex pajjiż jew stat iħossu iktar sigur…
  • Kompli aqra »

“Ġesù huwa t-tama tagħna ” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-komunità Filippina f'Malta

  • Nhar il-Ħadd, 5 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa mal-komunità Filippina f’Malta, fil-Knisja ta’ Santa Barbara, il-Belt Valletta. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna   Church of St Barbara, Valletta Sunday 5th June 2016   Two large groups of people. One large group of people entering the city and another group of people coming out of the city…
  • Kompli aqra »

Il-komunità vibranti taż-Żurrieq tagħti xhieda ta’ fidi s-sena kollha – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-pussess tal-Arċipriet il-ġdid taż-Żurrieq, Dun Karm Mercieca

  • Is-Sibt 4 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa ċ-ċelebrazzjoni tal-pussess tal-Arċipriet il-ġdid tal-komunità Parrokkjali taż-Żurrieq, Dun Karm Mercieca. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, iż-Żurrieq 4 ta’ Ġunju 2016   Għażiż Arċipriet, Dun Karm, ippermettili noffrilek ftit riflessjonijiet li nispera jkunu ta’ għajnuna għalik fil-missjoni ġdida tiegħek, li tkun ir-ragħaj ta’ dan ir-raħal kbir, dan il-poplu għażiż…
  • Kompli aqra »

“Alla li jagħraf id-dgħufija tagħna…joħdilna jdejna u jmexxina” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Duminku, il-Belt Valletta

  • It-Tlieta 31 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa tas-Solennità Titulari taż-Żjara ta’ Sidtna Marija lil Eliżabetta u l-200 Anniversarju mit-twaqqif tal-Knisja bħala Bażilika. Il-Quddiesa kienet iċċelebrata fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Duminku, il-Belt Valletta. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna   Knisja Parrokkjali ta’ San Duminku, il-Belt Valletta 31 ta Mejju 2016 L-ewwel nett irid insellem b’mod partikulari lill-Provinċjal tal-preżenza tiegħek, grazzi ħafna u nirringrazzjak ukoll għażiż Fr Michael, Kappillan, tal-istedina li għamiltli llum intom u tiċċelebraw it-titular ta’ din il-knisja: iż-Żjara ta’ Sidtna Marija lil Eliżabetta…
  • Kompli aqra »

“Is-Sagramenti taż-Żwieġ u tal-Ordni Sagri huma msejħin biex jibnu l-komunità” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jikkonsagra altar ġdid fl-Oratorju tal-M.S.S.P.

  • Nhar is-Sibt 28 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna kkonsagra l-artal il-ġdid tal-Oratorju tas-Socjetà Missjunarja ta’ San Pawl (l-M.S.S.P.), Birkirkara. Homily by Archbishop Charles J. Scicluna
  • Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl, Birkirkara 28 ta’ Mejju 2016 “Jiena rċevejt mingħand il-Mulej it-tagħlim li għaddejt lilkom” (1Kor 11, 23)…
  • Kompli aqra »

“It’s cool to be a Christian” – The Archbishop

The Archbishop administers the Sacrament of Confirmation to young people at Iklin Parish

  • Il‑Ġimgħa 27 ta’ Mejju, l- Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa tal‑Iklin. 

    Homily by Archbishop Charles J. Scicluna​

  • Knisja Parrokkjali tal-Iklin 27 ta’ Mejju 2016 Ma nafx x’jismu ż-żgħażugħ li qara l-Ewwel Qari. X’ismek? Shaimian!  Hemm xi qaddis jismu San Shaimian? Se tkun inti, oqgħod attent – m’hemmx għalfejn nikkanonizzawk bir-raġġiera imma trid tkun qaddis, għalhekk qed tirċievi l-Griżma llum…
  • Kompli aqra »

“L-Ewkaristija hija mediċina fid-dgħufija tagħna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tas-Solennità tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù

  • Il-Ħadd 29 ta’ Mejju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù (Corpus Christi) fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, u wara mexxa purċissjoni bl-Ewkaristija, mat-toroq tal-Belt Valletta. Segwi ċ-Ċelebrazzjoni fuq Youtube
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna Konkatidral ta’ San Ġwann 29 ta’ Mejju 2016 L-Evanġelju magħżul għal din is-Solennità fiċ-ċiklu liturġiku tas-Sena Ċ (Lq  9, 11b-17), ifakkarna f’wieħed mill-mirakli ta’ Ġesù li juri l-qalb ħanina tiegħu li tieħu ħsieb lil dawk li jimxu warajh…
  • Kompli aqra »

“Alla jara l-qalb! U jħobbok kif inti” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-anzjani u l-morda f'San Vinċenz de Paule

  • Nhar il-Ħadd 22 ta’ Mejju, Festa tat-Trinità Qaddisa, l-Arċisqof żar l-anzjani u l-morda rikoverati fid-Dar tal-Anzjani San Vinċenz de Paule, il-Marsa.  Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna Residenza San Vinċenż de Paule, Il-Marsa 22 ta’ Mejju 2016   Fil-bidu ta’ din il-Quddiesa aħna għamilna s-sinjal tas-salib li tgħallimnih mingħand ommna u li intom għallimtuh lil uliedkom. Dan huwa s-sinjal tagħna l-Insara, is-sinjal tas-salib, u l-kliem tiegħi li aħna qegħdin nagħmlu festa fuqhom illum…
  • Kompli aqra »