Il-Kelma tal-Arċisqof

L-Arċisqof jindirizza lis-saċerdoti fi tmiem l-Aġġornament tal-Kleru 2015

  • Il-Ħamis 11 ta’ Ġunju 2015, intemm l-Aġġornament tal-Kleru għas-saċerdoti djoċesani u reliġjużi, fis-Seminarju tal-Arċisqof. Lejn tmien il-Kors, l-Arċisqof indirizza lis-saċerdoti preżenti.  Messaġġ tal-Arċisqof
  •   ↵ Is-Seminarju, tal-Virtù, ir-Rabat

    11 ta’ Ġunju 2015

     

    Kif innotajtu, jiena għażilt li ma nitkellimx f’dawn it-tlett ijiem li għaddew, anke għaliex inħoss li l-proporzjon bejn il-kelma tiegħi u s-smigħ għandu jkun dan, li jiena nisma’ iżjed milli nitkellem, u li biex nitkellem u jkolli d-dritt nitkellem irrid nisma iżjed…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta’ Corpus Domini

  • Il-Ħadd 7 ta’ Ġunju 2015, l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa Solenni tal-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Kristu (Corpus Domini), fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Wara l-Quddiesa huwa mexxa purċissjoni qasira bl-Ewkaristija Mqaddsa. The Archbishop’s Homily
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta 7 ta’ Ġunju 2015 I would like to welcome our English speaking visitors to this most solemn Eucharist on the solemnity of the Body and Blood of our Lord Jesus Christ…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jindirizza seminar mill-Fondazzjoni Centesimus Annus Pro Pontifice

  • Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Ġunju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ndirizza Seminar tal-Fondazzjoni Centesimus Pro Pontifice, fis-Seminarju tal-Virtù, ir-Rabat. Il-Messaġġ tal-Arċisqof
  • Is-Seminarju, tal-Virtù, ir-Rabat 3 ta’ Ġunju 2015 Waqt li qed nismagħkom, napprezza ħafna l-kontributi ta’ kwalità kbira, u nistqarr li dan huwa lingwaġġ li jiena irrid nidra, u li jgħini ħafna biex nirriflettu fuq ir-realtajiet tagħna…
  • Kompli aqra »

L-Arċisqof iżur lill-pazjenti u l-voluntiera tal-Hospice Movement

  • It-Tlieta 2 ta’ Ġunju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar iċ-Ċentru tal-Hospice Movement li jinsab f’Ħal Balzan. Huwa ltaqa’ mal-pazjenti u l-voluntiera li jaħdmu f’dan il-post u bierek vann ġdid li se jintuża għall-pazjenti bil-marda tal-kanċer. Il-Messaġġ tal-Arċisqof 
  • Ħal Balzan

    2 ta’ Ġunju 2015

    Nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom. Impressjonajt ruħi minn kemm ilkom tagħmlu dan ix-xogħol, jiġifieri għal diversi snin, snin twal ta’ volontarjat.  Il-preżenza tagħkom u ankè x-xhieda tagħkom hija xhieda għad-dinjità tal-bniedem f’kull ċirkostanza tiegħu…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jindirizza Forum dwar l-etika fuq il-post tax-xogħol

  • Il-Ġimgħa 29 ta’ Mejju 2015, Il-Kummissjoni għall-Pastorali mal-Ħaddiema fil-Qasam tas-Saħħa, b’kollaborazzjoni mal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa fl-Università ta’ Malta, organizzat forum bit-tema, ‘L-Etika fuq il-Post tax-Xogħol’, fl-Isptar Mater Dei. L-Arċisqof wassal ukoll il-messaġġ tiegħu marbut ma’ din it-tema. Diversi professjonisti u l-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa attendew għal dan il-Forum.  Il-Messaġġ tal-Arċisqof
  • 29 ta’ Mejju 2015

    Sptar Mater Dei

     

    Nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom…

  • Kompli aqra »

L-għaqal veru jgħallmek tgħożż l-imħabba vera – L-Arċisqof fl-ewwel Żjara uffiċjali tiegħu fid-Djoċesi t’Għawdex

  • L-Erbgħa 27 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ġie mistieden imexxi Quddiesa fis-Santwarju Ta’ Pinu waqt l-ewwel żjara uffiċjali fid-Djoċesi ta’ Għawdex fejn flimkien mal-Isqof ta’ Għawdex, ikkonċelebraw il-kappillani u l-kleru Għawdxi.  Qabel il-Quddiesa, fil-5.15pm, l-Arċisqof Scicluna mexxa r-rit tat-tberik tat-tliet mużajċi ġodda ta’ Marco Ivan Rupnik SJ li dan l-aħħar twaħħlu mal-faċċata tas-Santwarju.  F’kelmtejn ta’ merħba, l-Isqof ta’ Għawdex irringrazzjah tal-preżenza tiegħu u wiegħdu t-talb tal-Knisja f’Għawdex fil-bidu tal-ministeru episkopali tiegħu, waqt li rrikkmandah fl-interċessjoni tal-Madonna Ta’ Pinu, li l-Arċisqof Scicluna għandu tant għal qalbu…
  • Kompli aqra »

The Archbishop celebrates Mass on the occasion of the feast of Pentecost

  • Nhar il-Ħadd 24 ta’ Mejju 2015, Monsinjur Arċisqof iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tas-solennità ta’ Għid il-Ħamsin, u amministra s-sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti tal-parroċċi tal-Belt, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. L-Omelija tal-Arċisqof
  • Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta 24 ta’ Mejju 2015 Ippermettuli nibda billi ngħid ftit kliem ta’ kuraġġ lil dawn iż-żgħażagħ li llum se jirċievu s-sagrament tal-Griżma…
  • Kompli aqra »

Ejjew naħdmu biex verament ikun hawn ambjent ta’ djalogu demokratiku – L-Arċisqof fil-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali

  • Nhar it-Tnejn 18 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna stieden lill-edituri tal-aħbarijiet għal ikla li saret f’Angela House il-Pietà, immexxija mill-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Orsolini ta’ Sant’Angela Merici. Din il-laqgħa tal-Arċisqof mal-edituri saret fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni Soċjali.  Il-Messaġġ tal-Arċisqof
  • Angela House, Pieta’ 18 ta’ Mejju 2015 Nirringrazzja ħafna lis-Sorijiet tal-Ursolini tax-xhieda tagħhom; inħoss li l-kelma tiegħi mingħajr ix-xhieda tagħhom tkun kelma vojta għaliex il-kelma trid tkun imwettqa’ bil-ħajja u b’xhieda…
  • Kompli aqra »

Li tilqa’ tifel ċkejken huwa att ta’ tama kbira fl-umanità – L-Arċisqof

  • Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju l-Arċisqof iċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-wasla tal-urna bil-fdalijiet ta’ San Ġwann Bosco, fil-knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan Ħal Qormi.  L-Omelija tal-Arċisqof
  • Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal-Qormi 15 ta’ Mejju 2015  

    “Min jilqa’ wieħed minn dawn iż-żgħar, ikun jilqa’ lili” (Mt 18,8). Ma nafx x’kellu f’moħhu San Ġwann Bosco dakinhar li ta ħarsa lejn il-mamà tiegħu Margerita, u pproponilha li jilqgħu l-ewwel tifel fid-dar tal-kenn li hu beda f’Torino, mitejn sena ilu…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jagħti l-Ministeru tal-Lettorat lil tliet seminaristi

  • Nhar il-Ħamis, 14 ta’ Mejju 2015, l-Arċisqof ta’ l-Ministeru tal-Lettorat lis-seminaristi Ryan Lee Pace, Mark Spiteri u Sinclair Bugeja, fil-parroċċa tal-Iklin.

    L-Omelija tal-Arċisqof

  • Paroċċa tal-Familja Qaddisa, l-Iklin 14 ta’ Mejju 2015  

    Għeżież Mark, Ryan u Sinclair, 

    Huwa ta’ ferħ kbir għalija li nistitwikom Letturi, f’din il-parroċċa għażiża tal-Familja Mqaddsa.  Nixtieqkom b’mod speċjali tieħdu bħala tifkira importanti ta’ dan il-jum, it-Tieni Qari li smajna, fejn l-appostlu Missierna jitkellem dwar il-kelma ta’ Alla bħala don mogħti lilna b’xejn, u li għalkemm jista’ jagħtina d-drittijiet tal-għixien, m’għandux ikun għalina la mottiv ta’ poter wisq inqas t’ arroganza…

  • Kompli aqra »