Il-Kelma tal-Arċisqof

L-imħabba trid tkun il-kejl ta’ dak kollu li naħsbu, ngħidu u nagħmlu – L-Arċisqof

It-Tifkira Solenni tal-Ikla tal Mulej

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Jiena tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll” (Ġw 13:15). Dan il-kliem għażiż ta’ Ġesù li bih nibdew dawn it-tlett ijiem qaddisa tal-Għid, jiġbru il-qofol ta’ dak li aħna qegħdin nagħmlu f’dawn il-jiem. Qegħdin niftakru fl-eżempju li tana Ġesù: “Jien tajtkom eżempju” (Ġw 13:15). Ejjew allura llum, Ħamis ix-Xirka, niftakruh jaħsel riġlejn id-dixxipli tiegħu. Għada ningħaqdu miegħu fil-passjoni ħarxa li minnha għadda: fl-umiltà, fil-paċenzja tiegħu… Kompli aqra »

Ejjew nissieħbu f’din l-għotja kbira ta’ ħelsien u ta’ grazzja – L-Arċisqof

Il-Quddiesa taż-Żjut f'Ħamis ix-Xirka

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“L-ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani. Bagħatni nħabbar il-ħelsien… inxandar is-sena tal-grazzja tal-Mulej.”

Għeżież ħuti saċerdoti, għeżież membri lajċi tal-poplu ta’ Alla. Aħna llum nifirħu b’din il-liturġija solenni tat-tberik taż-żjut. B’dan id-don kbir li l-Mulej tana li nissieħbu fih. Il-qawwa tal-ispirtu s-santu li ssawbet fuqu biex ikun għajn ta’ ħelsien u ta’ grazzja.

L-ewwel mistoqsija li rridu nagħmlu lilna nfusna hi: Din l-għajn ta’ ħelsien u ta’ grazzja nħossha miftuħa għalija? … Kompli aqra »

Ejjew nissieħbu ma’ Ġesù fl-umiltà, fis-sabar u fl-għotja tiegħu – L-Arċisqof

  Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

It-talba li l-Knisja titlob f’dan il-jum għażiż u solenni f’Ħadd il-Palm u l-passjoni tal-Mulej hija talba ispirata mill-eżempju ta’ Ġesù u ssemmi żewġ attributi tal-eżempju ta’ Ġesù: l-eżempju tal-umiltà u s-sabar tiegħu.

Ejjew nitolbu f’ġieħ il-passjoni ħarxa ta’ Ġesù d-don kbir tal-umiltà, li aħna nipperswadu ruħna li ma nistgħux insalvaw lilna nfusna, imma li għandna bżonn radikali ta’ Alla, li għandna bżonn salvatur, li meta mingħalina niddeċiedu aħna xi jfisser progress mingħajr ma nifhmu xi jrid jgħidilna Alla, naqgħu fid-dagħbien, mhux tal-progress, imma tal-qerda tagħna nfusna. 

L-umiltà mhijiex it-tkasbir tad-dinjità tagħna, imma lezzjoni profonda li tagħtina ħelsien kbir li aħna niddependu minn Alla… Kompli aqra »

Ejjew nitgħallmu nieħdu ħsieb xulxin – L-Arċisqof

  Il-Knisja ta’ Ġieżu, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Huwa bi spirtu ta’ ringrazzjament li llum niċċelebraw din il-festa għażiża tad-Duluri wara diversi snin, fejn minħabba restrizzjonijiet, daqqa mod u daqqa ieħor, ma stajniex nesprimu kif xtaqna d-devozzjoni, l-imħabba, ir-reliġjożità tagħna. Imma waqt li nagħmlu hekk dalgħodu, u llejla waqt il-purċissjonijiet fil-parroċċi u hawnhekk fil-Belt Valletta, ta’ min nistaqsu: is-sinifikat profond ta’ dak li qegħdin nagħmlu, x’jiġbidna lejn din il-mara? … Kompli aqra »

Li aħna nieħdu ħsieb xulxin, dik hija wkoll paternità – L-Arċisqof

  Il-Knisja Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Waqt li qed nisma’ dan l-Evanġelju llejla fostkom, intom u tiċċelebraw il-50 anniversarju minn meta l-predeċessur tiegħi, Mons. Mikiel Gonzi, waqqaf lil din il-komunità Nisranija bħala Parroċċa, smajt din il-frażi u ftakart fikom b’mod speċjali. Il-Fariżej riedu jkunu jafu eżattament min kien dan ir-raġel imfejjaq minn Ġesù, u sejħu lill-ġenituri tiegħu. “Dan, li intom qegħdin tgħidu li twieled agħma, dan binkom? … Kompli aqra »

Il-parti tiegħi, kif se nagħmilha aħjar? – L-Arċisqof

Diskors mill-Arċisqof fil-kunċert kommemorattiv tal-Kantawtur Enzo Guzman

Jiena nixtieq nirringrazzjakom ħafna ta’ din l-istedina. Nirringrazzja lil min qed jospitana. Nirringrazzja lilek ukoll Sur Sindku. Nixtieq nirringrazzja lilek Carmen tal-kelma tiegħek. Lilek ukoll, ħa ngħidlek Andrew, għaliex l-arti tiegħek ġabritna hawn illum, u ħerqan ukoll nara r-riżultat tal-ġenju tiegħek. 

Waqt li nagħmlu t-talb tal-barka, nitolbu ħafna b’sufraġju ta’ Enzo, imma nitolbu wkoll biex il-valuri li Enzo ħa u ppromwova bl-arti, bl-umiltà u bl-għerf tiegħu, jibqgħu magħna… Kompli aqra »

Alla jafna, iħobbna, ħalaqna u fdiena – L-Arċisqof

Quddiesa wara l-purċissjoni tar-Redentur

  Il-Bażilika ta’ Marija Bambina, L-Isla

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan il-pellegrinaġġ qegħdin nagħmlu xi ħaġa għażiża għalina, li ilna ftit ma nagħmluha. Inħeġġiġkom biex anke għad-Duluri, u fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, aħna nieħdu sehem b’devozzjoni kbira bħalma għamilna llejla. 

Xi rridu ngħidu bil-preżenza tagħna? Jiġuni dawn iż-żewġ talbiet għeżież li nixtieq noffrihom għalina lkoll. L-ewwel nett, fil-mixja tagħna wara x-xbieha għażiża u devota ta’ Ġesù Redentur, lil Alla qegħdin ngħidulu talba għażiża: ‘Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok’… Kompli aqra »

Meta taqa’, tibżax, erġa’ qum – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tmien anniversarju mindu Mons. Charles Scicluna sar Arċisqof ta’ Malta

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan is-sinjal li jagħti l-Evanġelju ta’ San Ġwann jinkludi wkoll djalogu bħalma rajna l-Ħadd li għadda fid-djalogu li kien hemm bejn Ġesù u r-raġel li twieled għama, il-ġenituri ta’ dan l-għama, Ġesù u l-Fariżej. U fid-djalogu tal-lum hemm xi siltiet li nixtieq noffrihom bħala riflessjoni fil-pellegrinaġġ tagħna ta’ dan ir-Randan.

L-ewwel nett il-kelma, il-mistoqsija ta’ Ġesù. L-aħwa, din il-mistoqsija Ġesù jagħmilha lili u jagħmilha lilek: “Trid tfiq?” (Ġw 5:6)… Kompli aqra »

Il-qrar l-aħwa huwa l-ikbar eżorċiżmu – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Forsi wieħed ta’ min jistaqsi għaliex nisimgħu dan l-Evanġelju propju f’dan l-istaġun tar-Randan. Ma nafx jekk kellkomx ix-xorti ssegwu l-liturġija sabiħa li għamilna fil-parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, il-Ħadd li għadda, meta lil dawn ħutna li se jitgħammdu fl-Għid, lill-adulti, l-Isqof għamlilhom l-ewwel skrutinju; l-ewwel skrutinju: theżżiża ġejja mil-Latin ‘scrutare’, anke li tgħarbel, theżżeż biex tgħarbel. 

Waħda mit-talbiet ta’ dan l-ewwel skrutinju qabel il-Magħmudija tagħhom hija li huma jagħrfu ħtijjiethom – mhux qrara pubblika… Kompli aqra »