Il-Kelma tal-Arċisqof

Fir-Randan ejja nagħtu ċans biex nisimgħu lil Ġesù u nsiru nafuh – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tielet Ħadd tar-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Ġesù għajjien kif kien mill-mixi” (Ġw 4:6). L-Evanġelju li għadna kemm smajna jibda b’din is-sitwazzjoni ta’ Ġesù li flimkien mad-dixxipli qed iterraq, jiġi f’belt tas-Samarija u jaqbdu l-għatx. Id-dixxipli jmoru l-belt jixtru x’jieklu. Hi sitwazzjoni tagħna l-bnedmin tal-għatx u l-ġuħ.

Hawnhekk b’dan id-dettall l-evanġelista jurina min hu Bin il-bniedem, min hu Ġesù. Hu bniedem imma dak li għandu joffri jmur ’l hemm minn dak li jidher… Kompli aqra »

Il-missjoni tagħna hija li aħna nkunu qaddejja – L-Arċisqof

  Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan l-Evanġelju, għalina li magħżula b’responsabbiltà fil-komunità, huwa spunt ta’ riflessjoni u eżami tal-kuxjenza. Bil-Kelma tiegħu, il-Mulej jixtieq inaddafna minn kull pretenzjoni, minn kull għatx jew regħba għad-dinjità u għall-poter, u jrid ifakkarna fil-missjoni ta’ vera: “Il-kbir fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom” (Mt 23:11). 

Aħna llum qegħdin infakkru u nitolbu b’suffraġju ta’ ragħaj tagħna, maħbub, li qeda l-poplu tiegħu għal snin twal… Kompli aqra »

Il-Mulej isaffina minn kull pretensjoni u jistedinna għal umiltà profonda – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hu propju l-każ li nifhmu dak li jgħid is-saċerdot meta jaqra l-Evanġelju fil-quddiesa: “Bit-tagħlim tal-Evanġelju nitnaddfu minn dnubietna”. Għaliex din il-kelma ta’ Ġesu hi diretta lilna li nipprietkaw, li nitilgħu fuq il-pulpti, nibda l-ewwel wieħed minni nnifsi. U l-Mulej qed jistaqsini: ‘Imma, ħabib, inti l-missjoni li aċċettajt għalfejn qiegħed tħaddimha? Biex tidher? Biex jgħidulek eċċellenza? Biex tkun Arċisqof  ta’ Malta? … Kompli aqra »

Ittrasformaw id-diffikultajiet bl-imħabba, il-paċenzja, il-mogħdrija u l-maħfra – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tieni Ħadd tar-Randan

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santa Marija, il-Gudja

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Hu mument pjuttost intimu dan li għadna kemm smajna u li tant baqa’ mnaqqax fil-memorja,  propju naqrawha fit-tieni Ħadd tar-Randan, f’din il-mixja li bdejna fl-Erbgħa tal-Irmied (diġà qegħdin fit-tieni Ħadd tar-Randan) u kull sena fit-tieni Ħadd tar-Randan nisimgħu wieħed mit-tliet rakkonti tat-Trasfigurazzjoni.

L-ewwel nett tfakkarna li hemm leħen li jinstema’ biss, leħen li jgħidilna xi ħaġa għażiża dwar Ġesù u jgħidilna wkoll xi ħaġa li hi indirizzata lill-qalb tagħna: “Dan hu Ibni l-għażiż li fih sibt il-għaxqa tiegħi, isimgħu lilu” (Mt 17:5)… Kompli aqra »

Ħarsu lejn pajjiżna, nistgħu nagħmlu aħjar? – L-Arċisqof

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzjakom ħafna, talli aċċettajtu l-istedina, fost il-ħafna ċelebrazzjonijiet, li ġustament qed tagħmlu bħala konklużjoni feliċi tal-istudji tagħkom; għażiltu wkoll dan il-mument ta’ talb. Intom tifhmu li din hi għażla libera, u li mhux bilfors hi għażla komuni, ordinarja. Nixtieqkom tapprezzaw u nawgura li mhix għażla formali, għax hekk nagħmlu, għax hekk isir. Jiena napprezza u nawgura li ddeċidejtu li tiġu għax tridu, u mhux ta’ frott formaliżmu fieragħ. 

Il-kelma li nixtieq naqsam magħkom hi din l-awgurju, li waqt li tgawdu l-frott tax-xogħol tagħkom, intom tkunu dawl fis-soċjetà, u ta’ bidla tal-qalb… Kompli aqra »

L-imħabba ma toqgħodx tkejjel – L-Arċisqof

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Għax jekk minħabba fil-ħtija ta’ wieħed waħdu saltnet il-mewt, permezz ta’ dak il-wieħed, aktar u aktar dawk li jirċievu l-kotra tal-grazzja u d-don tal-ġustizzja għad isaltnu fil-ħajja permezz ta’ wieħed li hu Ġesù Kristu” (Rum 5:17).

Dan il-kliem li smajna fit-tieni qari llum jagħti tifsira sabiħa għall-pellegrinaġġ li għadna kemm għamilna, imwennsin bil-preżenza għażiża tal-istatwa qaddisa u venerabbli tal-Madonna tal-Grazzja… Kompli aqra »

Liema hu Alla tiegħek? Il-ġid li jiġi mill-ġebla? – L-Arċisqof

Quddiesa fl-Ewwel Ħadd tar-Randan bir-Rit tal-Għażla u l-Għoti tal-Isem tal-Katekumeni

  Il-Knisja Parrokkjali ta' Santu Wistin, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Illum ippermettuli li f’din l-omelija ħin minnhom imbagħad nindirrizza wkoll diretttament lil dawn l-aħwa tagħna li se jirċievu l-magħmudija fl-Għid il-Kbir u li llum se jiktbu isimhom fil-ktieb ta’ dawk li qed jitħejjew għall-magħmudija. Peress li jifhmu bl-Ingliz ħin minnhom se nagħmel biċċa minn din l-omelija anke bl-Ingliż.

Imma l-ewwel nixtieq naqsam magħkom ħsieb propju li jispirani ftit mill-Evanġelju li għadna kemm smajna… Kompli aqra »

Il-mixja tar-Randan għandna ngħixuha bħala l-mixja tal-libertà – L-Arċisqof fl-Erbgħa tal-Irmied

Quddiesa fl-Erbgħa tal-Irmied

  Il-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni (Sarria), il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil-bidu ta’ dan ir-Randan imqaddes il-Mulej ipprova jfehimna li dak li se nagħmlu f’din il-mixja qaddisa m’għandniex nagħmluh biex nidhru jew għal wiċċ in-nies. Isemmi tliet atteġġjamenti importanti ħafna f’din il-mixja tar-Randan. Isemmi l-karità. Isemmi t-talb u jsemmi s-sawm. Dawn huma tliet ingredjenti ta’ din il-mixja tar-Randan li jekk jiġu mill-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna huma mixja sabiħa ta’ konverżjoni u ta’ tiġdid… Kompli aqra »