Vuċi ta’ ħabib… għajnejn li jagħtu kalma u serenità – L-Arċisqof dwar Mons. Victor Grech
Quddiesa b'suffraġju għal Mons. Victor Grech
08/02/2025 Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt VallettaL-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna
“Lilu narah b’ħabib tiegħi, dak li jilmħu b’għajnejja ma jkunx barrani” (Ġob 19:27). Dan il-kliem joqgħod tajjeb fuq fomm Dun Victor, hu u jagħmel il-pass tremend tal-mewt, u jgħaddi għall-ħajja ta’ dejjem. Fuq min qed jitkellem Dun Victor meta jgħid: “Lilu narah b’ħabib tiegħi” (Ġob 19:27)? Qed jitkellem fuq Alla. Għax il-ktieb ta’ Ġob, li minnu qrajna l-ewwel qari, jagħtina din iċ-ċertezza, li hi l-qofol tal-fidi tagħna… Kompli aqra »