Il-Kelma tal-Arċisqof

L-Arċisqof jistaqsi: aħna ta’ min aħna xhieda?

Quddiesa fil-festa tal-Konverżjoni ta' Missierna San Pawl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Sawl, Sawl għaliex qiegħed tippersegwitani?” (Atti 22:7). Din hi l-ewwel kelma li l-appostlu Missierna, li aħna nafuh ukoll bit-tieni isem tiegħu Pawlu, isem Ruman li jissieħeb mal-isem Lhudi Sawlu li x’aktarx ingħata fiċ-ċirkonċiżjoni tiegħu ta’ tmint ijiem, dan hu l-ewwel kliem li jisma’ mingħand Ġesù.

L-ewwel nett hu kliem personali ħafna. Ġesù lil dan ir-raġel isejjaħlu b’ismu. U l-isem ifisser li Ġesù għandu għatx kbir li jidħol fi djalogu dirett ma’ dan ir-raġel… Kompli aqra »

Is-Sagrament taż-Żwieġ huwa pjan tal-grazzja ta’ Alla għalikom – L-Arċisqof

  Il-KonKatidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Intom smajtu bil-pjan tal-grazzja li Alla tani għal-ġid tagħkom” (Ef 3:2). Din il-kelma ta’ San Pawl, tgħodd ukoll għalikom. Itolbu biex dejjem tagħrfu u tifhmu li s-Sagrament taż-Żwieġ, li dħaltu għalih bil-kunsens ta’ bejnietkom, huwa għalikom pjan tal-grazzja ta’ Alla. Aħna, meta ngħidu l-kelma grazzja, irridu nfissru mħabba, ħniena u paċenzja. Jiena nispera u nawgura li ħadtu grazzja b’xulxin xi darba, u li meta tħarsu lejn xulxin forsi għadkom tiftakru dik ix-xrara tal-bidu, bejn argument u ieħor… Kompli aqra »

L-Epifanija tfakkarna li għandna sejħa li nkunu parti minn familja li tinsab fid-dinja kollha – L-Arċisqof

Quddiesa fl-Epifanija tal-Mulej bil-preżentazzjoni tan-Nunzju Appostoliku Savio Hon Fai-Tai

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Your Excellency, your presence among us gives new meaning to the responsorial psalm today. Lord on every nation on earth will adore you. Il-ġnus kollha tal-art jagħtuk qima Mulej. You come from Hong Kong, the Far East. Mgr Dennis [Kuruppassery] comes from great subcontinent of India. Both of you come from the East.  And in the Gospel of Matthew today, we hear about these Three Wise Men coming from the East… Kompli aqra »

L-aħħar kliem tal-Papa Benedittu kienu proprju stqarrija ta’ mħabba għal Ġesù: ‘Gesù, ti amo’ – L-Arċisqof

  Konkatidral ta’ San Ġwann, Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-ewwel ma għamel Indri, ħu Xmun Pietru, kif sema’ min kien tassew Ġesù ta’ Nazaret, il-mastrudaxxa, bin Ġużeppi, kien li jmur isib lil ħuh Xmun, sajjied bħalu. Ma jgħidlux: Sibna lil Ġesù ta’ Nazaret, jew mastrudaxxa bravu, jew iben ta’ mastrudaxxa. Jgħidlu: “‘Sibna l-Messija’ – li tfisser Kristu, il-Midluk. U ħadu għand Ġesù” (Ġw 1:41-42). Id-djalogu ta’ Ġesù ma’ dan Xmun, fl-ewwel kapitlu ta’ San Ġwann, li għadna kemm smajna silta minnu, huwa essenzjali… Kompli aqra »

Issib il-paċi meta titgħallem tafda f’Alla li ħalqek – L-Arċisqof

Quddiesa fis-Solennità tal-Imqaddsa Omm Alla u fl-ewwel jum tas-sena

  Il-kappella tad-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Iż-żewġ anġli li smajna fil-bidu spjegawlna l-veru tifsira tal-Milied. Kemm hi ħaġa sabiħa li ninġabru mal-ħbieb tagħna, fil-familji, f’diversi okkażjonijiet biex nifirħu u nkunu flimkien. Imma kemm hi ħaġa sabiħa wkoll, li ngħixu t-tifsira vera tal-Milied, billi nkunu preżenza sabiħa għal xulxin. Nieħu pjaċir meta nħares lejn il-poplu tagħna u l-ġenerożità tiegħu, u nara qalb kbira u ġeneruża. Ftit jiem ilu għamilna ċelebrazzjoni ta’ solidarjetà kbira fl-Istrina, illum qegħdin nitolbukom biex tieħdu ħsieb id-Dar tal-Providenza… Kompli aqra »

Il-Papa Benedittu għallimna niddefendu d-dinjità tal-bniedem bil-verità, bil-paċenzja u bl-umiltà – L-Arċisqof

  Konkatidral ta’ San Ġwann, Il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Alla bagħat l-Ispirtu ta’ Ibnu f’qalbna jgħajjat: ‘Abba Missier’” (Gal 4:6). Aħna u ntemmu din is-sena u nħarsu lejn sena ġdida, ejjew nitolbu l-grazzja li aħna nħossu fil-qalb tagħna l-preżenza tal-Ispirtu s-Santu, l-Ispirtu ta’ Ġesù. Alla bagħat l-Ispirtu ta’ Ibnu f’qalbna u dan l-Ispirtu ta’ Ġesù jgħajjat f’qalbna: “Abba Missier”.

Kemm hi ħaġa sabiħa li aħna nifhmu li l-fidi tagħna, bħalma kien iħobb jgħallimna u jirrepeti Benedittu XVI, mhix sensiela ta’ liġijiet imma laqgħa ma’ persuna, laqgħa ma’ persuna ħajja, laqgħa ma’ Ġesù… Kompli aqra »

L-irbit li jorbot – L-Arċisqof

Article by Archbishop Charles Jude Scicluna

O sweet tender embrace of motherly care
O kiss of a son doting, so full of love!
Teach us to cherish each life; help us to share
Blessings of joy; show us the Way from above.

I was inspired to write this short poem in recent days by the beautiful, 900-year-old icon of Our Lady Mary of Damascus that takes pride of place at the Greek Catholic Church, in Valletta, which is entrusted to the Greek Catholic community in Malta. 

The manner in which Jesus as a child embraces his mother is striking, for it seems to go beyond a tender hug… Kompli aqra »

Iben Marija ta’ Nazaret li llum jitwieled biex nieħdu r-ruħ – L-Arċisqof

  Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Kollox bih sar u xejn ma sar mingħajru; kulma sar kellu l-ħajja fih” (Ġw 1:3). “Il-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin, dawl jiddi fid-dlam” (Ġw 1:4). Dan il-kliem li jibda u jintroduċi l-Evanġelju skont San Ġwann u li l-Knisja taqra f’dawn l-aħħar 2000 sena meta tfakkar it-twelid ta’ Ġesu fil-quddiesa ta’ jum il-Milied, jiġbru il-valuri prinċipali li aħna qegħdin niċċelebraw. 

Ilna nistennewha dil-ġurnata u ta’ min nieqfu u nistaqsu lilna nfusna: imma għaliex din iċ-ċelebrazzjoni kollha? … Kompli aqra »

Jalla f’dan il-Milied lkoll ikollna ċans nerġgħu nersqu lejn il-Mulej – L-Arċisqof

Eċċellenza, President tar-Repubblika, Sinjura Vella; Onorevoli Prim Ministru u Sinjura Abela; għażiża Georgia Mae; Dr Bernard Grech u Sinjura Grech. Ma nixtieqx ninsa lill-Ispeaker Dr Anglu Farrugia. Ningħaqad magħhom ilkoll biex inwassal tislijiet ta’ Milied hieni u Sena Ġdida mimlija risq lill-poplu Malti u Għawdxi, lill-poplu għażiż tagħna. Nixtieq nirringrazzja wkoll lil min poġġiena f’dan l-ambjent straordinarju sabiħ ta’ dwal, ta’ festa, ta’ ferħ. U l-poplu li nġabar hawnhekk f’dan it-temp sabiħ, li ppermetta li aħna ngawdu dan iż-żmien ta’ preparazzjoni għall-Milied. 

Qed nieħu pjaċir ukoll, li qrib tagħna għandna x-xbihat għeżież tal-Madonna bil-Bambin, u ta’ San Ġużepp… Kompli aqra »